28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-8 ta’ Mejju 2017 – Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA vs Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA et

(Kawża C-242/17)

(2017/C 283/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA

Konvenuti: Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 18(7) tad-Direttiva 2009/28/KE (1) moqri flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2011/438/UE, tad-19 ta’ Lulju 2011 (2), jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Ministerjali tat-23 ta’ Jannar 2012, u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 12 tiegħu, li jimponi obbligi speċifiċi differenti u iktar sinjifikattivi minn dawk imposti fil-każ tal-adeżjoni f’sistema volontarja li hija s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea adottata skont l-paragrafu 4 tal-Artikolu 18 hawn fuq imsemmi?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, l-operaturi ekonomiċi li huma involuti fil-katina tal-provvista tal-prodott, inkluż meta jkunu operaturi li jaġixxu bħala sempliċi traders, jiġifieri bħala intermedjarji, li ma jkollhom qatt pussess tal-prodott, għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni Ewropea ċċitata fl-ewwel domanda?


(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Lulju 2011, dwar ir-rikonoxximent tal-iskema internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju u tas-sostenibbiltà msejħa “International Sustainability and Carbon Certification” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, p. 79).