28.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ April 2017 – Silvio Berlusconi, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest) vs Banca d’Italia, Istituto per la Vigilanza Sulle Assicurazioni (IVASS)
(Kawża C-219/17)
(2017/C 283/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Silvio Berlusconi, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest)
Konvenuti: Banca d’Italia, Istituto per la Vigilanza Sulle Assicurazioni (IVASS)
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel, it-tieni u l-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE flimkien ma’ dik tal-Artikolu 256(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija l-qorti tal-Unjoni jew il-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni tieħu konjizzjoni ta’ rikors dirett kontra atti promoturi, preparatorji u ta’ proposta mhux vinkolanti adottati mill-awtorità kompetenti nazzjonali (bħal dawk imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-digriet) fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2013/36 (1), fl-Artikolu 1(5), u fl-Artikolu 4(1)(c) u fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1024/2013 (2), fl-Artikoli 85 sa 87 tar-Regolament Nru 468/2014 (3) kif ukoll fl-Artikoli 19, 22 u 25 tat-[Testo unico delle leggi in materia bancaria e creditizia (test ewlieni tal-liġijiet fil-qasam bankarju u ta’ kreditu)]? |
2) |
B’mod iktar speċifiku, il-qorti tal-Unjoni jista’ jkollha ġurisdizzjoni meta dawn l-atti ma ġewx ikkontestati b’rikors normali għal annullament iżda huma s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità minħabba ksur jew evażjoni tal-awtorità ta’ res judicata tas-sentenza Nru 882/2016 mogħtija fit-3 ta’ Marzu 2016 mill-Consiglio di Stato (Kunsill tal-Istat), liema talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors għal eżekuzzjoni ppreżentat skont l-Artikoli 112 et seq tal-kodiċi tal-proċedura amministrattiva, jiġifieri fil-kuntest ta’ proċedura koperta mis-sistema tal-proċedura amministrattiva nazzjonali, meta tali deċiżjoni timplika l-interpretazzjoni u l-identifikazzjoni, skont ir-regoli tad-dritt nazzjonali, tal-limiti oġġettivi tal-awtorità ta’ res judicata ta’ din is-sentenza? |
(1) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, p. 338).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, p. 63).
(3) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew, tas-16 ta’ April 2014, li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, p. 1).