31.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ April 2017 – Heinrich Denker vs Gemeinde Thedinghausen

(Kawża C-206/17)

(2017/C 249/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Applikant u rikorrent f’reviżjoni: Heinrich Denker

Konvenut u konvenut f’reviżjoni: Gemeinde Thedinghausen

Intervenjenti: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domanda preliminari

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tiddikjara li ksur imwettaq waqt il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċedura ta’ tħejjija ta’ pjan ta’ kostruzzjoni, permezz ta’ regolament muniċipali, huwa irrilevanti jekk l-imsemmi ksur, minkejja li ngħatat l-informazzjoni korrispondenti, ma jkunx ġie rrapportat quddiem il-muniċipalità fit-terminu ta’ sena mill-pubblikazzjoni tal-pjan u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92 rigward il-parteċipazzjoni tal-pubbliku japplikaw għall-imsemmi pjan?


(1)  ĠU L 26, p. 1.