17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ April 2017 – Cobra SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-192/17)

(2017/C 231/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cobra SpA

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 1999/5/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li manifattur, meta japplika l-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Anness III, u fil-preżenza ta’ standards armonizzati li jiddefinixxu s-sensiela ta’ testijiet tar-radju essenzjali li għandhom jitwettqu, għandu jirrikorri għand organu nnotifikat u, għaldaqstant, mal-marka “CE” (li tattesta l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-istess direttiva) iżid in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan l-organu nnotifikat?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (1) ta’ hawn fuq, jekk il-manifattur – wara li jkun applika l-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Anness III, fil-preżenza ta’ standards armonizzati li jiddefinixxu s-sensiela ta’ testijiet tar-radju essenzjali li għandhom jitwettqu, u wara li madankollu b’mod volontarju kkonsulta organu nnotifikat fejn talbu jirrepeti l-lista tat-testijiet imsemmija iktar ’il fuq – mal-marka “CE” li tattesta l-konformità mar-rekwiziti essenzjali msemmija fid-Direttiva 1999/5/KE għandu jżid in-numru ta’ identifikazzjoni tal-organu nnotifikat?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (2) ta’ hawn fuq, jekk il-manifattur – li, wara li jkun applika l-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Anness III, fil-preżenza ta’ standards armonizzati li jiddefinixxu s-sensiela ta’ testijiet tar-radju essenzjali li għandhom jitwettqu, u wara li madankollu, sussegwentement, b’mod volontarju kkonsulta organu nnotifikat billi talbu jirrepeti l-lista tat-testijiet imsemmija iktar ’il fuq, b’mod volontarju akkumpanja l-prodott bin-numru ta’ identifikazzjoni tal-organu kkonsultat – għandu jindika n-numru ta’ identifikazzjoni tal-organu anki fuq il-prodott u fuq l-imballaġġ tiegħu?


(1)  Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 1999, dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 254).