10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-12 ta’ April 2017 – Lu Zheng vs Ministerio de Economía y Competitividad

(Kawża C-190/17)

(2017/C 221/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lu Zheng

Konvenut: Ministerio de Economía y Competitividad

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bħala sanzjoni għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-istess regolament tippermetti l-impożizzjoni ta’ ammont li jista’ jkun sad-doppju tal-valur tal-mezzi ta’ ħlas użati?

2)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, bħala ċirkustanzi aggravanti għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni tipprevedi n-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni tal-oriġini legali tal-mezzi ta’ ħlas u n-nuqqas ta’ koerenza mal-attività mwettqa mill-persuna kkonċernata?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għaż-żewġ domandi preċedenti, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ sanzjoni ekonomika li, indipendentement mill-ammont tal-moviment, tista’ tammonta għal 25 % tal-flus kontanti mhux iddikjarati, tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità?


(1)  ĠU 2005, L 309, p. 9