|
19.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/15 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-181/17)
(2017/C 195/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u J. Rius, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
|
— |
tiddikjara, konformement mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li r-Renju ta’ Spajna, billi stabbilixxa numru minimu ta’ vetturi sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni ta’ trasport pubbliku, naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 3 u 5(b) tar-Regolament Nru 1071/2009 dwar l-aċċess għall-professjoni ta’ trasportatur; |
|
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-talba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea kontra r-Renju ta’ Spanja tirrigwarda l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, p. 51) (1).
Il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(1) u (2) u skont l-Artikolu 5(b) tar-regolament suespost, billi impona bħala rekwiżit għall-kisba tal-awtorizzazzjoni ta’ trasport pubbliku, il-fatt li l-impriżi għandu jkollhom minn tal-inqas tliet vetturi.