6.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fis-27 ta’ Marzu 2017 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Volkswagen Financial Services (UK) Ltd
(Kawża C-153/17)
(2017/C 178/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenuta: Volkswagen Financial Services (UK) Ltd
Domandi preliminari
1) |
Fejn spejjeż ġenerali attribwiti lil tranżazzjonijiet ta’ xiri bin-nifs (li jikkonsistu minn provvisti eżentati ta’ finanzi u provvisti taxxabbli ta’ karozzi), ġew inkorporati biss fil-prezz tal-provvisti eżentati ta’ finanzi tal-persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha d-dritt tnaqqas xi taxxa tal-input fuq dawk l-ispejjeż? |
2) |
X’inhi l-interpretazzjoni xierqa tal-punt 31 tal-Kawża C-93/98, Midland Bank, u speċifikament id-dikjarazzjoni li l-ispejjeż “huma parti mill-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli u huma, bħala tali, komponenti tal-prezz tal-prodotti ta’ impriża”? [traduzzjoni mhux uffiċjali] B’mod partikolari:
|
3) |
Il-fatt li l-ispejjeż intużaw attwalment, għall-inqas sa ċertu punt, fil-produzzjoni ta’ provvisti taxxabbli ta’ karozzi,
|
4) |
Jista’ jkun leġittimu fil-prinċipju li l-provvisti taxxabbli ta’ karozzi (jew il-valur tagħhom) jiġu injorati sabiex wieħed jasal għal metodu speċjali taħt l-Artikolu 173(2)(ċ) tad-Direttiva? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)