3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Bastei Lübbe GmbH & Co. KG vs Michael Strotzer

(Kawża C-149/17)

(2017/C 213/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bastei Lübbe GmbH & Co. KG

Konvenut: Michael Strotzer

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) u (2) flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li “sanzjonijiet effettivi u dissważivi kontra l-ksur tad-dritt li xogħol jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku” għandhom jibqgħu fis-seħħ anki meta l-proprjetarju ta’ konnessjoni tal-internet li permezz tagħha twettaq ksur tad-drittijiet tal-awtur permezz ta’ kondiviżjoni ta’ fajls (file sharing) ma jinżammx responsabbli meta huwa jindika mill-inqas membru wieħed tal-familja li bħalu kellu l-possibbiltà li jaċċedi għal din il-konnessjoni tal-internet, mingħajr ma jagħti iktar dettalji, stabbiliti permezz ta’ investigazzjonijiet xierqa fir-rigward tal-ħin u tan-natura tal-użu tal-internet minn dak il-membru tal-familja?

2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/48/KE (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li “miżuri effettivi sabiex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali” għandhom jibqgħu fis-seħħ anki meta l-proprjetarju ta’ konnessjoni tal-internet li permezz tagħha twettaq ksur tad-drittijiet tal-awtur permezz ta’ kondiviżjoni ta’ fajls (file sharing) ma jinżammx responsabbli meta huwa jindika mill-inqas membru wieħed tal-familja li bħalu kellu l-possibbiltà li jaċċedi għal din il-konnessjoni tal-internet, mingħajr ma jagħti iktar dettalji, stabbiliti permezz ta’ investigazzjonijiet xierqa fir-rigward tal-ħin u tan-natura tal-użu tal-internet minn dak il-membru tal-familja?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

(2)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).