|
3.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2017 – Peugeot Deutschland GmbH vs Deutsche Umwelthilfe eV
(Kawża C-132/17)
(2017/C 213/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peugeot Deutschland GmbH
Konvenuta: Deutsche Umwelthilfe eV
Domanda preliminari
Persuna li jkollha kanal ta’ vidjos mas-servizz tal-internet YouTube, li fuqu l-utenti tal-internet jistgħu jaraw vidjos qosra ta’ reklamar għal mudelli ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, tipprovdi servizz tal-media awdjoviżiva fis-sens tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2010/13/UE (1)?
(1) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva, ĠU 2010, L 95, p. 1.