10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Orsolya Czakó vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

(Kawża C-126/17)

(2017/C 221/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orsolya Czakó

Konvenut: ERSTE Bank Hungary Zrt.

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ kuntratt ta’ self, formulazzjoni bħal dik fil-punti I/1. u II/1. tal-kuntratt kontenzjuż li tindika l-ammont ta’ CHF 64 731 bħala wieħed li huwa ta’ natura indikattiva filwaqt li turi l-ammont massimu ta’ HUF 8 280 000 bħala talba għal finanzjament u li torbot id-determinazzjoni tal-ammont tas-self ma’ dikjarazzjoni ġuridika tal-parti li tikkonkludi l-kuntratt mal-konsumatur kif ukoll mat-tagħrif irreġistrat fil-kotba tagħha, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ redazzjoni sempliċi u ċara msemmija fl-Artikoli 4(2) u 5 tad-Direttiva 93/13/KEE (1)?

2)

Fil-każ li d-determinazzjoni magħmula fil-punti I/1. u II/1. tal-kuntratt ma tikkostitwixxix redazzjoni sempliċi u ċara, b’mod li jkun possibbli li tiġi evalwata n-natura inġusta ta’ dawn il-klawżoli – fil-każ li n-natura inġusta tagħhom kellha għalhekk tiġi kkonstatata, tista’ tiġi ddikjarata l-invalidità tal-kuntratt kollu, ġaladarba li fid-dritt nazzjonali, l-assenza ta’ determinazzjoni tal-oġġett tal-kuntratt hija ssanzjonata bl-invalidità tal-kuntratt kollu kemm hu?

3)

Fil-każ li l-validità tal-kuntratt tkun tista’ tiġi ddikjarata, l-ammont jista’ jiġi ddeterminat bl-iktar mod favorevoli għall-konsumatur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).