22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Cartagena (Spanja) fit-3 ta’ Marzu 2017 – Bankia S.A. vs Juan Carlos Marí Merino, Juan Pérez Gavilán u María Concepción Marí Merino

(Kawża C-109/17)

(2017/C 161/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Cartagena (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bankia S.A.

Konvenuti: Juan Carlos Marí Merino, Juan Pérez Gavilán u María Concepción Marí Merino

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-leġiżlazzjoni attwali dwar il-proċedura ta’ qbid ipotekarju Spanjola, jiġifieri l-Artikoli 695 et seq, b’rabta mal-Artikolu 552(1) tal-LEC, li ma jipprevedux l-istħarriġ tal-prattiki kummerċjali żleali la ex officio u lanqas fuq talba tal-partijiet, minħabba li dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jagħmlu iktar diffiċli jew jipprekludu l-istħarriġ ġudizzjarju tal-kuntratti u tal-atti li jistgħu jikkostitwixxu prattiki kummerċjali żleali?

2)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-leġiżlazzjoni Spanjola li ma tiżgurax l-osservanza effettiva tal-kodiċi ta’ kondotta jekk l-eżekutur jiddeċiedi li ma japplikahiex (Artikoli 5 u 6 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Real-decreto Ley 6/2012, tad-9 ta’ Marzu 2012)?

3)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola li, fi proċedura ta’ qbid ipotekarju, ma tippermettix li l-konsumatur jeżiġi l-osservanza ta’ kodiċi ta’ kondotta, b’mod partikolari fir-rigward tad-datio in solutum u l-estinzjoni tad-dejn (paragrafu 3 tal-Anness tar-Real-Decreto Ley 6/2012, tad-9 ta’ Marzu 2012, kodiċi ta’ prattiki tajba)?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).