17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/2


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 minn Universidad Internacional de la Rioja, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-561/15 – Universidad Internacional de la Rioja vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-50/17 P)

(2017/C 231/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Universidad Internacional de la Rioja, S.A. (rappreżentanti: C. Lema Devesa u A. Porras Fernandez-Toledano, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ġunju 2017, il-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li Universidad Internacional de La Rioja, S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.