29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Jannar 2017 – VAR Srl vs Iveco Orecchia SpA

(Kawża C-14/17)

(2017/C 168/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAR Srl

Konvenuta: Iveco Orecchia SpA

Domandi preliminari

1)

Prinċipalment: l-Artikolu 34(8) tad-Direttiva 2004/17/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-prova ta’ ekwivalenza bejn il-prodotti li għandhom jiġu pprovduti u l-prodotti tal-oriġini tkun ippreżentata fil-kuntest tal-offerta;

2)

Sussidjarjament għall-ewwel domanda, fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda ta’ interpretazzjoni [fil-punt 1] iktar ’il fuq: b’liema mod tista’ tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ġusta u ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll tad-drittijiet ta’ difiża u tal-kontradittorju tal-offerenti l-oħra?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).