27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/20


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2017 fil-Kawża T-154/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-6/17 P)

(2017/C 063/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: Stavroula Paliou, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T154/14 u tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid tal-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta s-sentenza mogħtija fis-27 ta’ April 2016 mill-Qorti Ġenerali fil-kawża T-154/14 billi ssostni li tali sentenza tinkludi evalwazzjonijiet legali li jiksru regoli tad-dritt tal-Unjoni.

Skont l-appellanti, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata:

i)

fl-ewwel lok, inkonnessjoni mad-dispożizzjoni applikabbli tad-dritt materjali, minħabba żball ta’ liġi u irregolarità proċedurali li jivvizzjaw il-motivazzjoni tas-sentenza appellata;

ii)

fit-tieni lok, minħabba żball ta’ liġi inkonnessjoni mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw, fir-rigward tal-kawża, is-suġġett u l-oneru tal-prova u, fir-rigward tal-kontrotalba, it-tqassim tal-oneru tal-prova.

F’dan il-kuntest, l-aggravji huma dawn li ġejjin:

I)

inkonnessjoni tal-iżball ta’ liġi u mal-irregolarità proċedurali:

1)

l-ewwel aggravju: motivazzjoni insuffiċjenti manifesta.

2)

it-tieni aggravju: żball ta’ liġi u ta’ motivazzjoni kontraddittorja.

II)

inkonnessjoni tal-iżball ta’ liġi u mar-regoli li jirregolaw is-suġġett u l-oneru tal-prova:

3)

it-tielet aggravju: żball ta’ liġi marbut mas-suġġett u mal-oneru tal-prova fir-rigward tal-kawża.

4)

ir-raba’ aggravju: żball ta’ liġi marbut mat-tqassim tal-oneru tal-prova fir-rigward tal-kontrotalba tal-Kummissjoni.