SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)
15 ta’ Novembru 2018 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestaturi u subintestaturi 4421, 7326, 73181590, 73181900 u 94039010 – Oġġett speċifikament imfassal għat-twaħħil ta’ xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal – Dumping – Validità tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina – Ftehim antidumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) – Regolament (KE) Nru 384/96 – Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) – Definizzjoni tal-industrija Komunitarja”
Fil-Kawża C‑592/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Vestre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Punent, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta’ Ottubru 2017, fil-proċedura
Skatteministeriet
vs
Baby Dan A/S,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),
komposta minn C. Lycourgos (Relatur), President tal-Għaxar Awla, li qed jaġixxi bħala President tad-Disa’ Awla, E. Juhász u C. Vajda, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Wahl,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Baby Dan A/S, minn L. Kjær, advokat, |
|
– |
għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, bħala aġenti, assistiti minn B. Søes Petersen, advokat, |
|
– |
għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn H. Marcos Fraile u A. F. Jensen, bħala aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avocată, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u T. Maxian Rusche, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestaturi 4421 u 7326 kif ukoll tas-subintestaturi 73181590, 73181900 u 94039010 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007 (ĠU 2007, L 286, p. 1, rettifika fil-ĠU 2008, L 164, p. 46), u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (ĠU 2008, L 291, p. 1) (iktar ’il quddiem in-“NM”), kif ukoll il-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009, L 29, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“regolament kontenzjuż”). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn is-Skatteministeriet (il-Ministeru tal-Finanzi, id-Danimarka) u Baby Dan A/S dwar il-klassifikazzjoni tariffarja fi ħdan in-NM ta’ oġġetti li jippermetti t-twaħħil ma’ ħajt jew ma’ xambrella, tax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni doganali
In-Nomenklatura Magħquda
|
3 |
Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM. |
|
4 |
L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2658/87 jipprevedi li l-Kummissjoni Ewropea tadotta kull sena regolament li jinkludi l-verżjoni sħiħa tan-NM u tar-rati awtonomi u konvenzjonali tad-dazji tat-tariffa doganali komuni marbuta magħha, kif tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena sussegwenti. |
|
5 |
Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-verżjonijiet tan-NM applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali huma dawk marbuta mas-snin 2008 u 2009, li jirriżultaw, rispettivament, mir-Regolamenti Nru 1214/2007 u 1031/2008. Id-dispożizzjonijiet ta’ din in-nomenklatura applikabbli għall-kawża prinċipali huma madankollu identiċi f’dawn iż-żewġ verżjonijiet. |
|
6 |
L-ewwel parti tan-NM, dwar id-dispożizzjonijiet preliminari, tinkludi t-Titolu I, li jirrigwarda r-“[r]egoli ġenerali”, li t-Taqsima A tiegħu, intitolata “Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda”, tipprovdi b’mod partikolari: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:
[…]
|
|
7 |
It-tieni parti tan-NM tinkludi t-Taqsima IX, intotalata “Injam u oġġetti ta’ l-injam; faħam ta’ l-injam; sufra u oġġetti tas-sufra; manifatturi ta’ tiben, ta’ spartu jew ta’ materjali oħrajn tat-trizza”, li fiha hemm b’mod partikolari l-Kapitolu 44, intitolat “Injam u oġġetti ta’ l-injam; faħam ta’ l-injam”. Dan il-kapitolu jinkludi l-intestatura 4421, li hija fformulata kif ġej:
|
|
8 |
Din it-tieni parti tan-NM tinkludi wkoll it-Taqsima XV, intitolata “Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx”, li n-nota 2 tagħha hija fformulata kif ġej: “Matul in-nomenklatura, l-espresjoni ‘partijiet għal użu ġenerali’ tfisser:
F’Kapitli 73 sa 76 u 78 sa 82 (iżda mhux f’titlu 7315), riferenzi għal partijiet ta’ oġġetti ma jinkludux riferenzi għal partijiet ta’ użu ġenerali kif definit hawn fuq. Suġġett għall-paragrafu preċedenti u għal nota 1 għal Kapitlu 83, l-oġġetti ta’ Kapitlu 82 jew 83 huma esklużi minn Kapitlu 72 sa 76 u 78 sa 81.” |
|
9 |
Taħt din it-Taqsima XV tat-tieni parti tan-NM hemm b’mod partikolari l-Kapitolu 73 ta’ din in-nomenklatura, intitolat “Oġġetti ta’ ħadid jew azzar”, li jinkludi l-intestaturi 7318 u 7326. Dawn l-intestaturi huma fformulati kif ġej:
|
|
10 |
It-tieni parti tan-NM tinkludi wkoll it-Taqsima XX, intitolata “Oġġetti manifatturati varji”, li fiha l-Kapitolu 94, li huwa intitolat “Għamara; friex, mtieraħ, irfid għal imtieraħ, kuxxini u tagħmir simili mimli; lampi u tagħmir tad-dawl, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra; sinjali mdawwlin, pjanċi ta’ l-isem imdawwlin u bħalhom; bini prefabbrikat”. In-nota 1 ta’ din it-taqsima għandha tindika:
[…]” |
|
11 |
Dan il-Kapitolu 94 jinkludi l-intestatura 9403, li hija fformulata kif ġej:
|
In-Noti ta’ Spjega tas-sistema armonizzata tal-indikazzjoni u tal-kodifikazzjoni tal-merkanzija
|
12 |
Il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (ODD), ġie stabbilit permezz tal-Konvenzjoni dwar il-ħolqien tal-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil-15 ta’ Diċembru 1950. Is-sistema armonizzata tal-indikazzjoni u tal-kodifikazzjoni tal-merkanzija (iktar ’il quddiem is-“SA”) tfasslet mill-ODD u twaqqfet permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983 u approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tal-24 ta’ Ġunju 1986, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tas-SA b’sitt numri. Huma biss is-seba’ u t-tmien ċifri li joħolqu subintestaturi li huma speċifiċi għaliha. |
|
13 |
In-noti ta’ spjega tas-SA ġew elaborati fi ħdan l-ODD skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni dwar is-SA. |
|
14 |
In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 4421 hija fformulata kif ġej: “Din l-intestatura tinkludi l-oġġetti tal-injam kollha, inturnati jew le, jew injam intarsjat jew ingastat, minbarra dak diġà kklassifikat fl-intestaturi preċedenti jew inkluż, indipendentement mill-materjal li hu magħmul minnu, f’Kapitoli oħra tan-Nomenklatura (ara b’mod partikolari n-Nota 1 ta’ dan il-kapitolu). Hija tkopri wkoll il-partijiet tal-injam tal-oġġetti msemmija jew inklużi fl-intestaturi preċedenti, minbarra dawk tan-Nru 4416. L-oġġetti msemmija f’din il-pożizzjoni jistgħu jkunu magħmula kemm minn injam naturali kif ukoll minn pannelli ta’ partiċelli jew pannelli simili, panelli ta’ fibri, minn injam laminat jew minn injam densifikat (ara n-Nota 3 ta’ dan il-kapitolu).” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
15 |
In-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar it-Taqsima XV, dwar il-metalli ta’ valur baxx u oġġetti mmanifatturati minn dawn il-metalli u li tinkludi, fost affarijiet oħra, il-Kapitolu 73, tindika: “Kunsiderazzjonijiet ġenerali […] C. – Partijiet B’mod ġenerali, il-partijiet ta’ oġġetti, manifestament rikonoxxibbli bħala tali, jaqgħu taħt l-intestaturi relatati mal-imsemmija partijiet. Għall-kuntrarju, il-partijiet ta’ użu ġenerali (ara n-Nota 2 tat-Taqsima), ippreżentati separatament, ma humiex ikkunsidrati bħala partijiet, iżda jsegwu s-sistema tagħhom. Dan ikun il-każ, pereżempju, tal-boltijiet speċifikament imfassla għar-radjaturi għat-tisħin ċentrali jew tal-molol partikolari għall-vetturi. Tal-ewwel huma kklassifikati bħala boltijiet taħt in-Nru 7318 u mhux bħala parti minn radjaturi taħt in-Nru 7322, filwaqt li t-tieni jaqgħu taħt in-Nru 7320 relatat mal-molol u mhux taħt in-numru 8708 li jikkonċerna l-partijiet u aċċessorji tal-vetturi” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
16 |
In-Nota ta’ Spjega tas-SA li tirrigwarda l-intestatura 7318 tispeċifika: “A. Viti, boltijiet, skorfini, coach screws (viti b’ras eżagonali biex jiddawru bi spanner) Dawn l-oġġetti kollha normalment jinqatgħu kamin fl-istat lest, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti boltijiet li jistgħu jiġu ffissati kultant permezz ta’ kavilji, pereżempju. Huma jippermettu li jiġu assemblati bejniethom jew bejn diversi biċċiet, b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jifridhom iktar tard mingħajr deterjorazzjoni. […]”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Il-leġiżlazzjoni dwar il-miżuri ta’ difiża kummerċjali
Id-dritt internazzjonali
|
17 |
Il-ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80). Dan il-ftehim fih, fl-Anness 1A tiegħu, il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 189, iktar ’il quddiem il-“Ftehim antidumping”), li l-Artikolu 3 tiegħu jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Id-determinażżjoni ta’ ħsara [dannu] għar-raġunijiet ta’ l-Artikolu VI tal-[Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT)] 1994 għandha tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva fuq kemm (a) il-volum ta’ l-importazzjoni ddampjata u l-effett ta’ l-istess importazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ prodotti simili fis-suq domestiku, kif ukoll (b) l-impatt konsegwenti li jkollha din l-importazzjoni fuq il-produtturi domestiċi ta’ dawn il-prodotti.” |
|
18 |
L-Artikolu 4 tal-Ftehim antidumping jipprevedi: “4.1 - ħall-għan ta’ dan il-Ftehim, il-frażi “industrija domestika” għandha tkun interpretata li tirreferi għal produtturi domestiċi tal-prodotti simili f’sens sħiħ jew għal dawk minnhom li l-ħruġ kollettiv tal-prodotti tagħhom, jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni domestika kollha ta’ dawn il-prodotti; […]” |
Id-dritt tal-Unjoni
– Ir-Regolament Bażiku
|
19 |
Fid-data tal-adozzjoni tar-regolament kontenzjuż, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping mill-Unjoni kienu jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004, tat-8 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 150) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Bażiku”). |
|
20 |
Il-premessa 5 ta’ dan ir-regolament kienet tipprovdi: “Billi l-patt ta’ ftehim ġdid dwar ix-xiri taħt il-prezz […] fih regoli ġodda u fid-dettall […] billi, fid-dawl ta’ l-estent tat-tibdiliet u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa u trasparenti tar-regoli ġodda, il-lingwa tal-ftehim ġdid għandha tinġieb fil-leġislazzjoni tal-Komunitaà sa fejn ikun possibbli”. |
|
21 |
L-Artikolu 3 tar-Regolament Bażiku kien jipprovdi: “Tistabbilixxi l-ħsara 1. Skond dan ir-Regolament, it-terminu “ħsara” għandu, sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor, jittieħed li jfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità, theddida ta’ ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità jew dewmien materjali ta’ l-istabbiliment ta’ industrija bħal din u għandu jiġi interpretat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-ħsara trid tkun stabbilita billi tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u għandha tinvolvi eżaminazzjoni objettiva kemm ta’ (a) il-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-effett ta’ l-importazzjonijiet mibjugħin taħt il-prezz fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità għall-prodotti simili; u kemm (b) l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija Komunitarja. […]” |
|
22 |
L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Id-definizzjoni ta’ industrija Komunitarja”, kien jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “ndustrija Komunitarja” għandu jkun interpetat bħala li jirreferi għall-produtturi Komunitarji kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-output kollettiv tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 5(4), tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ dawk il-prodotti, għajr li: […]” |
|
23 |
L-Artikolu 5(4) tal-imsemmi regolament kien jipprovdi: “Investigazzjoni ma għandhiex tinbeda skond il-paragrafu 1 sakemm ma tkunx ġiet stabbilita, fuq il-bażi ta’ eżaminazzjoni dwar il-livell ta’ appoġġ għal, jew oppożizzjoni għall-ilment espress mill-produtturi Komunitarji ta’ l-istess prodott, li l-ilment sar minn jew għan-nom ta’ l-industrija Komunitarja. L-ilment għandu jiġi kkunsidrat li jkun ġie magħmul minn jew għan-nom ta’ l-industrija Komunitarja jekk ikun appoġġjat minn dawk il-podutturi Komunitarji li produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali ta’ l-istess prodott, prodott minn dak il-porzjon ta’ l-industrija Komunitarja li jappoġġja jew jopponi lill-ilment. Madanakollu, ebda investigazzjoni ma għandha tinbeda meta produtturi Komunitarji li espressament jappoġġaw l-ilment jammontaw għal inqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja.” |
– Ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tal-WTO
|
24 |
L-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 50, iktar ’il quddiem“ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tal-WTO”), kien jipprovdi: “Kull meta [il-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim (DSB) tad-(WTO)] tadotta Rapport dwar miżura tal-Komunità li ttieħded skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, ir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 2026/97 [tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 78] jew dan ir-Regolament (“miżura kontestata”), il-Kunsill jista’, billi jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fuq proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jew l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 […] jieħu wieħed jew aktar mill-miżuri li ġejjin, skond liema tqis xieraq:
|
|
25 |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tal-WTO, il-miżuri adottati skont dan ir-regolament kienu effettivi mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom u ma setgħux jiġu invokati sabiex jinkiseb ir-rimbors tad-dazju li jkun inġabar qabel din id-data, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
26 |
Ir-Regolament (UE) 2015/476 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (ĠU 2015, L 83, p. 6) ħassar ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tal-WTO. L-Artikolu 1(1)(a), kif ukoll l-Artikolu 3 tar-Regolament 2015/476 jirriproduċu madankollu, essenzjalment, il-kontenut tal-Artikolu 1(1)(a), u tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tal-WTO. |
– Ir-Regolament kontenzjuż u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni
|
27 |
Permezz tar-regolament kontenzjuż, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, minbarra dawk f’azzar inossidabbli li joriġinaw miċ-Ċina, li jaqgħu b’mod partikolari taħt is-subintestatura 73181590 tan-NM. |
|
28 |
Fit-28 ta’ Lulju 2011, id-DSB adotta r-rapport tal-Korp tal-Appell kif ukoll ir-rapport tal-grupp speċjali kif emendat permezz tar-Rapport tal-Korp tal-Appell fil-kawża “Komunitajiet Ewropej – Miżuri anti-dumping definittivi fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar miċ-Ċina” (WT/DS/397), fejn l-Unjoni kienet kisret il-Ftehim antidumping bl-adozzjoni tar-regolament kontenzjuż. Wara dawn ir-rapporti, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament Nru 91/2009 (ĠU 2012, L 275, p. 1). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012 żamm il-miżuri antidumping imposti mir-regolament kontenzjuż, iżda introduċa ċerti emendi relatati, b’mod partikolari, mat-tnaqqis, għall-futur, tad-dazju antidumping massimu ta’ 85 % għal 74.1 %. |
|
29 |
Wara t-tieni lment tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Korp tal-Appell tal-WTO ippreżenta, fit-18 ta’ Jannar 2016, rapport, li ġie adottat mid-DSB fit-12 ta’ Frar 2016, li fih ġie kkunsidrat li, bl-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012, l-Unjoni kisret ukoll il-Ftehim antidumping. |
|
30 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/278 tas-26 ta’ Frar 2016 li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 52, p. 24). |
|
31 |
Mill-premessa 13 ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni jirriżulta li l-Kummissjoni tikkunsidra li, skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament 2015/476, huwa xieraq li jiġu revokati d-dazji antidumping stabbiliti mir-regolament kontenzjuż, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/278, dan it-tħassir jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, kif prevista fl-Artikolu 3 tiegħu, u ma għandux iservi bħala bażi għar-rimborż tad-dazji miġbura qabel din id-data. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
32 |
Baby Dan għandha bħala attività l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ sigurtà, tessili, għamara u tagħmir ieħor għal tfal mill-età ta’ 0 sa 5 snin. Hija tipproduċi, b’mod partikolari, xatbiet ta’ sigurtà li jistgħu jinqalgħu, tal-injam jew tal-metall, li jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ pressjoni mal-ħajt jew ma’ xambrella bl-użu ta’ oġġett, magħruf bħala “pern” (iktar ’il quddiem l-“oġġett inkwistjoni”). Dan l-oġġett huwa speċifikament imfassal għall-assemblaġġ ta’ xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal immanifatturati minn Baby Dan u, skont il-qorti tar-rinviju, ma jistax jintuża għal skopijiet oħra. |
|
33 |
Fid-29 ta’ Ġunju 2010, l-awtoritajiet tat-taxxa Daniżi wettqu kontroll fil-bini ta’ Baby Dan. F’din l-okkażjoni u bil-għan li tiġi vverifikata l-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġett inkwistjoni importat miċ-Ċina fl-Unjoni minn Baby Dan, kampjuni ta’ dan l-oġġett intbagħtu lil FORCE Technology, kumpannija li twettaq analiżi teknika f’isem l-awtoritajiet tat-taxxa Daniżi. |
|
34 |
Fil-5 ta’ Awwissu 2010, FORCE Technology ittrażmettiet ir-riżultati tal-analiżi bl-indikazzjoni li l-kampjuni li kienu ġew ippreżentati lilha kellhom jiġu kkunsidrati jew bħala viti, jew bħala skorfini, jew bħala boltijiet b’skorfina. Force Technology, konsegwentement, ipproponiet il-klassifikazzjoni tal-oġġett inkwistjoni taħt l-intestatura tariffarja 7318 tan-NM. |
|
35 |
Baby Dan oġġezzjonat għall-konklużjonijiet ta’ FORCE Technology dawk tat-Teknologisk, li twettaq b’mod partikolari ittestjar fil-laboratorju u ttestjar ta’ materjali għall-impriżi. Skont dan l-istitut, l-oġġett inkwistjoni għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 8302 tan-NM, li tkopri fornituri, tagħmir u oġġetti simili. |
|
36 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Frar 2011, l-awtoritajiet tat-taxxa Daniżi kklassifikaw l-oġġett inkwistjoni taħt l-intestatura 7318 tan-NM. |
|
37 |
Baby Dan ippreżentat għalhekk rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Landsskatteret (il-Qorti Fiskali Nazzjonali, id-Danimarka), li kkunsidrat, permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2011, li l-oġġett inkwistjoni kellu jiġi kklassifikat fl-istess intestatura tan-NM bħax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal immanifatturati minn Baby Dan, jiġifieri l-intestatura 7326 ta’ din in-nomenklatura. |
|
38 |
Il-Ministeru għall-Finanzi ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Retten i Horsens (il-Qorti ta’ Horsens, id-Danimarka) peress li sostna li l-oġġett inkwistjoni kien jaqa’ taqt l-intestatura 7318 tan-NM. Quddiem din il-qorti, Baby Dan talbet, prinċipalment, il-konferma tad-deċiżjoni tal-qorti fiskali nazzjonali u sostniet, sussidjarjament, li l-oġġett inkwistjoni kellu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 8302 tan-NM. Din il-kumpannija sostniet ukoll li r-regolament kontenzjuż li fuq il-bażi tiegħu kien ġie impost dazju antidumping ma kienx validu. |
|
39 |
Ir-Retten i Horsens (il-Qorti ta’ Horsens) irrinvijat il-kawża quddiem il-Vestre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Punent, id-Danimarka), li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja, jiġifieri: “Pernijiet bil-karatteristiċi [tal-oġġett inkwistjoni] għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 7318 jew fl-intestatura 8302 tan-Nomenklatura Magħquda?” Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tagħha tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan (C-272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388), li permezz tagħha hija kkunsidrat li l-oġġett inkwistjoni, li jippermetti t-twaħħil, ma’ ħajt jew ma’ xambrella, tax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal, għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 7318 tan-NM. |
|
40 |
Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, jirriżulta li l-oġġett inkwistjoni huwa magħmul minn tubu tal-metall bil-kamin li għandu diska tal-metall miksija bil-gomma fuq tarf wieħed tiegħu. Il-kamin tat-tubu huwa ċċattjat f’distanza ta’ madwar żewġ ċentimetri mit-tarf l-ieħor tiegħu. Fuq it-tubu hemm skorfina speċjali ċċanfrinata fuq naħa waħda f’angolu ta’ 45 grad, li ma tistax titneħħa mit-tubu minħabba l-kamin ċatt ta’ din tal-aħħar. |
|
41 |
It-tarf li huwa kkostitwit mid-diska tal-metall jitwaħħal mal-ħajt jew max-xambrella, filwaqt li l-kamin jiddaħħal f’toqba fix-xatba ta’ sigurtà għat-tfal. L-oġġett inkwistjoni jadatta ruħhu għax-xambrella jew għall-ħajt minħabba l-possibbiltà li tiġi ssikkata l-iskorfina li għandha parti bil-kamin. |
|
42 |
Wara s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan (C-272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388), il-kawża prinċipali ġiet sospiża fuq talba tal-Ministeru għall-Finanzi sal-adozzjoni, mill-Kummissjoni, tad-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġett inkwistjoni taħt is-subintestatura 73181900 jew 73181590 tan-NM. Fuq talba tal-awtoritajiet Daniżi, il-kwistjoni dwar din il-klassifikazzjoni ġiet ippreżentata wkoll quddiem il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, fejn il-maġġoranza tal-Istati Membri ddeċidew favur klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġett inkwistjoni taħt is-subintestatura 73181590 tan-NM, billi kkunsidraw li dan l-oġġett ma setax jiġi pparagunat għall-prodotti koperti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2014 tat-12 ta’ Ġunju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2014, L 178, p. 2), li bl-applikazzjoni tiegħu dawn il-prodotti huma kklassifikati taħt is-subintestatura 73181900 tan-NM. |
|
43 |
Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha dwar din il-kawża, li jikkostitwixxi t-tieni talba għal deċiżjoni preliminari fil-kuntest tal-kawża prinċipali, il-Vestre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Punent) tindika li, fir-rinviju li ta lok għas-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan, (C-272/14, mhux ippubblikat, EU:C:2015:388), hija kienet iffokat id-domanda preliminari tagħha biss fuq l-interpretazzjoni tal-intestaturi 7318 u 8302 tan-NM, peress li ddeċidiet li ma kienx neċessarju li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-oġġett inkwistjoni kienx jikkostitwixxi parti jew aċċessorju tax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal, billi kkunsidrat li tista’ tirrispondi hija stess għal din l-aħħar domanda. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk fiehmet b’mod żbaljat li l-qorti tar-rinviju kienet kkunsidrat li l-oġġett inkwistjoni ma kienx jikkostitwixxi parti jew aċċessorju tal-imsemmija xatbiet ta’ sigurtà. |
|
44 |
Skont il-Vestre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Punent), il-partijiet fil-kawża prinċipali jaqblu li s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan, C-272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388), ma teskludix il-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġett inkwistjoni bħala li jikkostitwixxi parti minn xatba ta’ sigurtà għat-tfal. Din il-qorti tixtieq għalhekk tkun taf jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, l-oġġett inkwistjoni għandux jiġi kkunsidrat, fis-sens tan-NM, bħala li jikkostitwixxi parti minn xatba ta’ sigurtà għat-tfal u, jekk ikun il-każ, jekk dan l-oġġett għandux jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 94039010 tan-NM jew taħt l-intestaturi 7326 jew 4421 tan-NM. Għalkemm l-oġġett inkwistjoni ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi parti minn xatba ta’ sigurtà għat-tfal, il-Vestre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Punent) tixtieq tkun taf jekk dan għandux jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 73181590 jew 73 18 19 00 tan-NM. Fl-aħħar nett, fil-każ li tali oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 73181590 tan-NM, din il-qorti tistaqsi dwar il-validità tar-regolament kontenzjuż. |
|
45 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Vestre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Punent) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq il-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġett inkwistjoni
|
46 |
Permezz tal-ewwel sat tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li oġġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti t-twaħħil ma’ ħajt jew ma’ xambrella ta’ xatbiet ta’ sigurtà li jistgħu jinqalgħu għat-tfal, jikkostitwixxix jew le parti minn dawn ix-xatbiet u għandux jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 94039010 jew taħt l-intestaturi 7326 jew 4421 tan-NM jew taħt is-subintestaturi 73181590 jew 73181900 ta’ din in-nomenklatura. |
|
47 |
Fis-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan, (C-272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388, punti 29 sa 40), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-oġġett inkwistjoni ppermettew il-klassifikazzjoni tiegħu taħt l-intestatura 7318 tan-NM, bħala “viti, boltijiet, skorfini, coach screws, […] u oġġetti simili, tal-ħadid jew l-azzar”. |
|
48 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk, minkejja r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza, l-oġġett inkwistjoni setax jiġi kklassifikat bħala “parti” ta’ xatbiet ta’ sigurtà li jistgħu jinqalgħu għat-tfal li għalihom huwa ġie esklużivament prodott, u, bħala tali, jiġi kklassifikat taħt l-istess intestatura bħal dik li taħtha jaqgħu dawn ix-xatbiet, jiġifieri l-intestaturi 4421 jew 7326 tan-NM jew taħt is-subintestatura 94039010 ta’ din in-nomenklatura. |
|
49 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jipprevedu li l-klassifikazzjoni tal-merkanzija għandha tiġi ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, peress li l-formulazzjonijiet tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subkapitoli jitqiesu li għandhom biss valur indikattiv (sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan, C-272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388, punt 25). |
|
50 |
F’dan ir-rigward, bħall-Gvern Daniż, għandu jsir riferiment għan-nota 2 tat-Taqsima XV tan-NM, it-taqsima li fiha hemm, b’mod partikolari, il-Kapitolu 73 ta’ din in-nomenklatura, intitolat “Oġġetti ta’ ħadid jew azzar”, li jinkludi l-intestatura 7318. Minn din in-nota jirriżulta li, minn naħa, l-oġġetti inklużi f’din l-aħħar intestatura għandhom jinftiehmu bħala “partijiet ta’ użu ġenerali”, u, min-naħa l-oħra, li fil-Kapitolu 73 tan-NM, ir-riferiment għal “partijiet” ma jkoprix il-“partijiet ta’ użu ġenerali”, fis-sens tal-imsemmija nota. Il-kunċetti ta’ “partijiet” u ta’ “partijiet ta’ użu ġenerali” huma għalhekk esklużivi għal xulxin. |
|
51 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan (C‑272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388, punt 37), li, fid-dawl tax-xebh viżiv ċar mal-oġġetti li huwa paċifiku li jaqgħu taħt l-intestatura 7318 tan-NM, il-karatteristiċi tiegħu u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, l-oġġett inkwistjoni jista’ jiġi kklassifikat taħt din l-intestatura tan-NM. |
|
52 |
Għandu jiġi rrilevat li, minħabba din is-sempliċi klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7318 tan-NM, l-imsemmi oġġett jikkostitwixxi “parti ta’ użu ġenerali” fis-sens tan-nota 2(a) tat-Taqsima XV tan-NM. |
|
53 |
Minn dan jirriżulta li l-klassifikazzjoni tal-oġġett inkwistjoni taħt l-intestatura 7318 tan-NM teskludi skont din in-nota 2(a) il-klassifikazzjoni ta’ dan l-oġġett bħala “parti” ta’ prodott ieħor, f’dan il-każ, xatba ta’ sigurtà għat-tfal (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2013, HARK, C‑450/12, EU:C:2013:824, punt 40). |
|
54 |
Din il-konklużjoni hija kkonfermata, minn naħa, min-nota 1(d) tat-Taqsima XX tan-NM, li tinkludi, fost l-oħrajn, il-Kapitolu 94 ta’ din in-nomenklatura. Din in-nota tispeċifika li dan il-kapitolu ma jkoprix il-partijiet ta’ użu ġenerali, fis-sens tan-Nota 2 tat-Taqsima XV tan-NM, li teskludi l-klassifikazzjoni tal-oġġett inkwistjoni taħt l-intestatura 9403 tan-NM. |
|
55 |
Għall-kuntrarju, il-konklużjoni li tinsab fil-punt 53 ta’ din is-sentenza hija kkonfermata wkoll min-nota ta’ spjega tas-SA dwar it-Taqsima XV, li fiha, b’mod partikolari, il-Kapitolu 73. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm ma humiex vinkolanti, in-noti ta’ spjega tas-SA jikkostitwixxu strumenti importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan, C‑272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, in-nota ta’ spjega tas-SA dwar it-Taqsima XV tindika, taħt it-Titolu (C) intitolat “Partijiet”, tindika li “partijiet ta’ użu ġenerali […] ippreżentati separatament, ma humiex ikkunsidrati bħala partijiet, iżda jsegwu s-sistema tagħhom.” |
|
56 |
Konsegwentement, l-oġġett inkwistjoni ma jistax jitqies bħala parti mix-xatbiet ta’ sigurtà li jistgħu jitqalgħu għat-tfal, fis-sens tan-NM, u għalhekk ma jistax jiġi klassifikat taħt l-intestaturi 4421 jew 7326 tan-NM jew taħt l-intestatura 94039010 ta’ din in-nomenklatura. |
|
57 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat, kif titlob il-qorti tar-rinviju fil-kuntest tat-tielet domanda tagħha, jekk l-oġġett inkwistjoni għandux jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 73181590 jew 73181900 tan-NM. |
|
58 |
F’dan ir-rigward, skont ir-regola ġenerali 6 għall-interpretazzjoni tan-NM, kif imsemmija fil-Parti I, Titolu I, A, tan-NM, għandu jiġi kkonstatat li mill-formulazzjoni tas-subintestaturi tal-intestatura 7318 tan-NM jirriżulta li għandhom jiġu kklassifikati taħt waħda mis-subintestaturi 73181510 sa 73181590 tan-NM l-oġġetti li għandhom l-karatteristiċi u l-proprjetajiet ta’ viti jew ta’ boltijiet, li għandhom skorfini jew woxers, u li ma jikkostitwixxux coach screws jew viti oħra għall-injam, jew ganċijiet bil-kamin u ċrieki bil-kamin, u lanqas viti li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping). |
|
59 |
Barra minn hekk, in-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 7318 tispeċifika li l-viti għall-metall, il-viti għall-injam, il-boltijiet, l-iskorfini u l-coach screws normalment ikollhom kamin fl-istat lest u li jippermettu l-assemblaġġ ta’ żewġ partijiet jew iktar bejniethom, b’tali mod li jkunu jistgħu jinfirdu sussegwentement mingħajr deterjorazzjoni. |
|
60 |
Issa, mis-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Baby Dan, (C-272/14, mhux ippubblikata, EU:C:2015:388, punti 30, 31, 34, 35 u 37) jirriżulta, li l-oġġett inkwistjoni jippreżenta l-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-“viti u boltijiet” li jaqgħu taħt l-intestatura 7318 tan-NM, peress li, minn naħa, dan huwa kkostitwit minn tubu tal-metall bil-kamin b’ras skorfina u li, min-naħa l-oħra, huwa jippermetti l-assemblaġġ ta’ żewġ partijiet jew iktar bejniethom, b’tali mod li jkunu jistgħu jinfirdu sussegwentement mingħajr deterjorazzjoni. |
|
61 |
Peress li l-oġġett inkwistjoni jikkonsisti f’vit jew bolt li ma jista’ jiġi kklassifikat la bħala “coach screws jew viti oħra għall-injam”, jew bħala “ganċijiet bil-kamin u ċrieki bil-kamin” u lanqas bħala “viti li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping)”, l-imsemmi oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt waħda mis-subintestaturi tas-subintestatura 731815 tan-NM. Peress li l-oġġett inkwistjoni għandu ras, li ma huwa la “b’xaqq u imħaffrin-salib (stilla)”, jew “bir-ras sokit eżagonali”, u lanqas “eżagonali”, dan l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 73181590 tan-NM intotalata “oħrajn”. |
|
62 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li oġġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti t-twaħħil ma’ ħajt jew ma’ xambrella tax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal, ma jikkostitwixxix parti ta’ dawn ix-xatbiet u għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 73181590 tan-NM. |
Fuq il-validità tar-regolament kontenzjuż
|
63 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għad-domandi dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġett inkwistjoni, għandha tingħata risposta għar-raba’ domanda dwar il-validità tar-regolament kontenzjuż. |
|
64 |
Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-regolament kontenzjuż huwiex ivvizzjat b’illegalità minħabba li, skont diversi rapporti tad-DSB, il-Kunsill u l-Kummissjoni bbażaw ruħhom fuq proċess li rabat id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni Ewropea mar-rieda tajba tal-produtturi tal-Unjoni li aċċettaw li jkunu parti minn kampjun u jiġu spezzjonati, li wassal għal proċess ta’ awtoselezzjoni fl-industrija li rriżulta f’riskju materjali ta’ distorsjoni tal-investigazzjoni u tar-riżultat tagħha. |
|
65 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-qorti tistaqsi dwar il-validità tar-regolament kontenzjuż kemm fid-dawl tal-Ftehim antidumping, kif interpretat mid-DSB, kif ukoll fid-dawl tar-Regolament Bażiku. |
Fuq il-validità tar-regolament kontenzjuż fid-dawl tal-Ftehim antidumping, kif interpretat mid-DSB
|
66 |
Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tan-natura u tal-istruttura tagħhom, il-Ftehim tal-WTO ma humiex, bħala prinċipju, fost ir-regoli li fid-dawl tagħhom il-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tista’ tiġi mistħarrġa (sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2015, Il-Kummissjoni vs Rusal Armenal, C-21/14 P, EU:C:2015:494, punt 38, kif ukoll tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma, C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
67 |
Madankollu, f’żewġ sitwazzjonijiet, li jirriżultaw mir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jillimita huwa stess il-marġni diskrezzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-WTO, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, bħala eċċezzjoni, li hija l-qorti tal-Unjoni, fejn meħtieġ, li għandha tistħarreġ il-legalità ta’ att tal-Unjoni u tal-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħha taħt il-Ftehim tal-WTO. Dan huwa, fl-ewwel lok, il-każ fejn l-Unjoni kellha l-intenzjoni timplimenta obbligu partikolari assunt fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet u, fit-tieni lok, fil-każ fejn l-att tal-Unjoni inkwistjoni jagħmel riferiment espliċitu għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-imsemmija ftehimiet (sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2015, Il-Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punti 40 u 41, kif ukoll tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma, C‑659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74, punt 87). |
|
68 |
Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi enfasizzat li din il-kawża ma taqa’ taħt l-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet. |
|
69 |
Fil-fatt, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tal-WTO u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 1 ta’ dan tal-aħħar, kif ukoll tar-rakkomandazzjonijiet tad-DSB, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012, li, filwaqt li jikkonferma li d-dumping dannuż stabbilit fl-investigazzjoni inizjali, emenda ċerti dazji antidumping, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. |
|
70 |
Barra minn hekk, mill-premessa 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/278, adottat wara r-rapport tad-DSB tat-12 ta’ Frar 2016 jirriżulta, li l-Kummissjoni tikkunsidra li, skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament 2015/476, huwa xieraq li jitħassru d-dazji antidumping stabbiliti mir-regolament kontenzjuż, kif emendati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/278, it-tħassir ta’ dawn id-dazji antidumping jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, kif previst fl-Artikolu 3 tiegħu, u ma għandux iservi bħala bażi għar-rimbors tad-dazji miġbura qabel din id-data. |
|
71 |
Għalhekk, sa fejn, fid-dawl tar-regolamenti ta’ implimentazzjoni sussegwenti għar-regolament kontenzjuż, jiġifieri r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012 u 2016/278, l-Unjoni eskludiet ir-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa abbażi tar-regolament kontenzjuż, għandu jiġi kkunsidrat li hija bl-ebda mod ma kellha l-intenzjoni timplimenta obbligu partikolari assunt fil-kuntest tal-WTO (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2007, Ikea Wholesale, C‑351/04, EU:C:2007:547, punt 35). |
|
72 |
It-tieni nett, għalkemm huwa veru li l-premessa 5 tar-Regolament Bażiku tindika li għandhom jiġu trasposti “sa fejn ikun possibbli”, il-kliem tal-Ftehim antidumping fid-dritt tal-Unjoni, din l-espressjoni għandha tinftiehem fis-sens li, anki jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jieħu inkunsiderazzjoni r-regoli ta’ dan il-ftehim fl-adozzjoni tar-Regolament Bażiku, huwa madankollu ma manifestax ir-rieda li jwettaq traspożizzjoni ta’ kull waħda minn dawn ir-regoli fl-imsemmi regolament (sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2015, Il-Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punt 52, kif ukoll tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma, C‑659/13 u C‑34/14, EU:C:2016:74, punt 90). |
|
73 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li la l-Artikolu 3(2) u lanqas l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku, li jirrigwardaw id-domandi tal-qorti tar-rinviju, ma jirreferu għal ebda dispożizzjoni speċifika tal-Ftehim antidumping. |
|
74 |
Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Bażi, il-kunċett ta’ “industrija tal-Komunità” huwa ddefinit bħala l-produtturi tal-Komunità kollha tal-prodotti li jixxiebhu jew dawk fosthom li l-produzzjoni kollettiva tal-prodotti tagħhom tikkostitwixxi proporzjoni kbira, fis-sens tal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-regolament, tal-produzzjoni totali ta’ dawn il-prodotti. F’dak li jirrigwarda t-tieni parti ta’ din l-alternattiva, għalkemm, kemm fil-Ftehim antidumping kif ukoll f’dan ir-regolament, l-element deċiżiv huwa l-kunċett ta’ “proporzjon kbir” tal-produzzjoni totali tal-produzzjoni nazzjonali jew tal-produzzjoni Komunitarja, għandu jiġi enfasizzat li, bid-differenza għall-Artikolu 4.1 tal-Ftehim antidumping, l-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament jispeċifika l-kunċett ta’ “proporzjon kbir” tal-produzzjoni Komunitarja kollha ta’ prodotti li jixxiebhu permezz ta’ riferiment għall-Artikolu 5(4) tal-istess regolament. Dan ir-riferiment jikkostitwixxi element addizzjonali meta mqabbel mad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim antidumping (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2015, Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill, C‑511/13 P, EU:C:2015:553, punti 63 sa 65). |
|
75 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-Ftehim antidumping kif interpretat mid-DSB, ma jistax jiġi invokat sabiex tiġi kkontestata l-legalità tar-regolament ikkontestat. |
Fuq il-validità tar-regolament kontenzjuż fid-dawl tar-Regolament Bażiku
|
76 |
Baby Dan issostni, essenzjalment, li l-metodu adottat mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina jekk tkun ġiet ikkawżata ħsara lill-industrija tal-Unjoni jikser l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament, minħabba li l-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq id-data mill-produtturi li kkooperaw bis-sħiħ u li lkoll qablu u qabel li jkun inkluż fil-kampjun, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ħsara. Tali metodu jimplika proċess ta’ awtoselezzjoni fl-industrija u, għaldaqstant, riskju importanti ta’ tgħawwiġ l-investigazzjoni u r-riżultat tagħha. |
|
77 |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Bażiku, id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu għal industrija Komunitarja għandha tkun ibbażata fuq provi pożittivi u tinvolvi eżami oġġettiv, minn naħa, tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u tal-effett ta’ dawn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet għall-prodotti li jixxiebhu fis-suq Komunitarju kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija Komunitarja. |
|
78 |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku jiddefinixxi l-kunċett ta’ “industrija Komunitarja” bħala li jirreferi jew “għall-produtturi Komunitarji kollha tal-prodotti simili” jew “għal dawk minnhom [minn dawn il-produtturi] li l-output kollettiv [produzzjonijiet kollettivi] tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 5(4), tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ dawk il-prodotti”. Din l-aħħar dispożizzjoni tindika b’mod partikolari, li ebda investigazzjoni ma għandha tinbeda meta l-produtturi Komunitarji li espressament jappoġġjaw l-ilment jirrappreżentaw inqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott li jixxiebah prodott mill-industrija Komunitarja. |
|
79 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-limitu ta’ 25 % jirreferi għall-“produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja” u jirrigwarda l-perċentwali rrappreżentata mill-produtturi Komunitarji li jappoġġjaw l-ilment f’din il-produzzjoni totali. Dan il-limitu ta’ 25 % huwa għaldaqstant rilevanti għad-determinazzjoni ta’ jekk l-imsemmija produtturi jirrappreżentawx “proporzjon kbir” tal-produzzjoni totali tal-prodott li jixxiebah prodott mill-industrija Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2015, Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill, C-511/13 P, EU:C:2015:553, punt 68). |
|
80 |
Permezz tar-riferiment għall-imsemmi limitu, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku b’dan il-mod jillimita ruħu sabiex jispeċifika li produzzjoni magħquda tal-produtturi Komunitarji li jappoġġjaw l-ilment li ma jilħaqx 25 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili ma tistax, fi kwalunkwe każ, titqies bħala li tirrappreżenta suffiċjentement il-produzzjoni Komunitarja. Fil-każ fejn il-produzzjoni magħquda tal-imsemmija produtturi Komunitarji taqbeż l-imsemmi limitu, dazji antidumping jistgħu jiġu imposti jew miżmuma jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati jirnexxilhom jistabbilixxu, billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-kawża, li d-dannu li jirriżulta mill-importazzjonijiet tal-prodott li huwa s-suġġett ta’ dumping għandu effett fuq proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ prodotti li jixxiebhu (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2015, Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill, C-511/13 P, EU:C:2015:553, punt 69 u 70). |
|
81 |
Minn dan isegwi li d-definizzjoni tal-industrija tal-Komunità, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku, tista’ tkun limitata biss għall-produtturi Komunitarji li jkunu appoġġjaw l-ilment li wassal għall-investigazzjoni antidumping. |
|
82 |
F’dan il-każ, l-ewwel nett, huwa paċifiku li l-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni magħżula mill-Kummissjoni fil-ftuħ tal-proċedura antidumping kienet tirrappreżenta 27 % tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u kienet, għalhekk, taqbeż il-limitu ta’ 25 % previst fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku, moqri fid-dawl tal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-regolament. |
|
83 |
It-tieni nett, l-ilment ifformulat minn Baby Dan, li jikkonsisti, essenzjalment, fi kritika dwar in-nuqqas ta’ oġġettività tal-investigazzjoni antidumping li jirriżulta mill-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni pprovduta mill-uniċi produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment u li kkoperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni, u għalhekk, li għandhom interess ċert fl-impożizzjoni ta’ dazju antidumping, ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, sa fejn id-definizzjoni tal-industrija Komunitarja tista’ tkun limitata għal produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment li wassal għall-investigazzjoni antidumping, dan is-sempliċi fatt ma jidhirx li huwa ta’ natura li jinvalida l-metodu segwit waqt l-adozzjoni tar-regolament kontenzjuż, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku. |
|
84 |
It-tielet nett, il-limitazzjoni tad-definizzjoni tal-industrija Komunitarja biss għall-produtturi li jkunu appoġġjaw l-ilment li wassal għall-investigazzjoni antidumping ma jippermettix, fih innifsu, u fl-assenza ta’ kull element ieħor li huwa ta’ natura li jikkontesta r-rappreżentatività ta’ dawn il-produttiri, li jiġi kkunsidrat li d-determinazzjoni, fir-regolament kontenzjuż, tal-eżistenza tad-dannu lill-industrija ma hijiex ibbażata fuq provi pożittivi u ma tinvolvix eżami oġġettiv, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Bażiku (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma, C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74, punt 157). |
|
85 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti mressqa fil-kuntest tal-kawża prinċipali, sabiex isostnu li r-regolament kontenzjuż jikser l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament, ma jistgħux jintlaqgħu. |
|
86 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-eżami tagħha ma rrivelat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-regolament kontenzjuż. |
Fuq l-ispejjeż
|
87 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: id-Daniż.