Kawża C‑555/17
2M‑Locatel A/S
vs
Skatteministeriet
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Østre Landsret)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KEE) Nru 2658/87 – Unjoni doganali u tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Subintestaturi 85287113 u 85287190 – Apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi fuq protokoll tal-internet”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal‑20 ta’ Settembru 2018
Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi fuq protokoll tal-internet – Klassifikazzjoni fis-subintestatura 85287190 tan-Nomenklatura Magħquda – Kundizzjoni – Nuqqas ta’ tuner tal-vidjow
(Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I)
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas‑17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi diretti fuq protokoll tal-internet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 85287190 tagħha, sakemm dan ma jkollux tuner tal-vidjow, jew “tuner tat-televiżjoni”, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.
(ara l-punt 52 u d-dispożittiv)