Kawża C‑548/17

Finanzamt Goslar

vs

baumgarten sports & more GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Tassazzjoni tal-aġenziji ta’ plejers tal-futbol professjonali – Pagament skedat u suġġett għal kundizzjoni – Fatt taxxabbli, eżiġibbiltà u rkupru tat-taxxa”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tat-taxxa – Kunsinni ta’ merkanzija u provvisti ta’ servizzi – Provvista ta’ servizz li jikkonċerna t-tqegħid ta’ plejers tal-futbol professjonali – Data meta sseħħ il-provvista inkwistjoni – Pagamenti skedati u kundizzjonati fuq diversi snin wara t-tqegħid – Provvista meqjusa li seħħet fil-mument tal-imsemmi tqegħid – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 63 u 64)

L-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 64(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa marbuta ma’ provvista ta’ servizzi ta’ tqegħid ta’ plejers tal-futbol professjonali minn aġent, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija s-suġġett ta’ pagamenti skedati u kundizzjonati fuq diversi snin wara t-tqegħid, jitqiesu li jseħħu fid-data ta’ dan tal-aħħar.

(ara l-punt 32 u dispożittiv)