SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)

21 ta’ Marzu 2019 ( *1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 1999/31/KE – Artikolu 14(b) u (c) – miżbla ta’ skart f’miżbla – miżbla eżistenti – Ksur”

Fil-Kawża C-498/17,

li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, imressaq fis-17 ta’ Awwissu 2017

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn G. Gattinara u F. Thiran kif ukoll minn E. Sanfrutos Cano, bħala aġenti,

rikorrenti,

vs

Ir-Repubblika Taljana, irrappreżentata minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,

konvenuta,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),

komposta minn E. Regan (Relatur), President tal-Awla, C. Lycourgos, E. Juhász, M. Ilešič u I. Jarukaitis, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: Y. Bot,

Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-22 ta’ Novembru 2018,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma adottatx, fir-rigward tal-imżiebel ta’ Avigliano (lokalità ta’ Serre Le Brecce), ta’ Ferrandina (lokalità ta’ Venita), ta’ Genzano di Lucania (lokalità ta’ Matinella), ta’ Latronico (lokalità ta’ Torre), ta’ Lauria (lokalità ta’ Carpineto), ta’ Maratea (lokalità ta’ Montescuro), ta’ Moliterno (lokalità ta’ Tempa La Guarella), iż-żewġ mżiebel ta’ Potenza (lokalità ta’ Montegrosso-Pallareta), tal-imżiebel ta’ Rapolla (lokalità ta’ Albero in Piano), ta’ Roccanova (lokalità ta’ Serre), ta’ Sant’Angelo Le Fratte (lokalità ta’ Farisi), ta’ Campotosto (lokalità ta’ Reperduso), ta’ Capistrello (lokalità ta’ Trasolero), ta’ Francavilla (Valle Anzuca), ta’ L’Aquila (lokalità ta’ Ponte delle Grotte), ta’ Andria (D’Oria G. & C. Snc), ta’ Canosa (CO.BE.MA), ta’ Bisceglie (CO.GE.SER), ta’ Andria (F.lli Acquaviva), ta’ Trani (BAT-Igea Srl), ta’ Torviscosa (kumpannija Caffaro), ta’ Atella (lokalità ta’ Cafaro), ta’ Corleto Perticara (lokalità ta’ Tempa Masone), ta’ Marsico Nuovo (lokalità ta’ Galaino), ta’ Matera (lokalità ta’ La Martella), ta’ Pescopagano (lokalità ta’ Domacchia), ta’ Rionero in Volture (lokalità ta’ Ventaruolo), ta’ Salandra (lokalità ta’ Piano del Governo), ta’ San Mauro Forte (lokalità ta’ Priati), ta’ Senise (lokalità ta’ Palomabara), ta’ Tito (lokalità ta’ Aia dei Monaci), ta’ Tito (lokalità ta’ Valle del Forno), ta’ Capestrano (lokalità ta’ Tirassegno), ta’ Castellalto (lokalità ta’ Colle Coccu), ta’ Castelvecchio Calvisio (lokalità ta’ Termine), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Cannucce), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Case querceto), ta’ Mosciano S. Angelo (lokalità ta’ Santa Assunta), ta’ S. Omero (lokalità ta’ Ficcadenti), ta’ Montecorvino Pugliano (lokalità ta’ Parapoti), ta’ San Bartolomeo in Galdo (lokalità ta’ Serra Pastore), ta’ Trivigano (li kienet Cava Zof), u ta’ Torviscosa (lokalità ta’ La Valletta), il-miżuri kollha neċessarji sabiex jingħalqu, fl-iqsar żmien possibbli, konformement mal-Artikolu 7(g), u tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228), dawk l-imżiebel minn dawn imsemmija la ma kisbux, konformement mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu bl-operat tagħhom, jew billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tirrendi konformi mal-imsemmija direttiva dawk minn dawn il-imżiebel li kisbu awtorizzazzjoni sabiex ikomplu joperaw, u dan bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I ta’ din l-istess direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha naxxenti mill-Artikolu 14(b) u (c) tad-Direttiva 1999/31.

Il-kuntest ġuridiku

2

Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/31, intitolat “Għan ġenerali”:

“1.   Bl-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 75/442/KEE [tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 1, p. 23)], u partikolarment l-Artikoli 3 u 4 tagħha, l-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz ta’ ħtiġijietet tekniċi u operazzjonali iebsa fuq l-iskart u t-terraferma, biex jiprovdu miżuri, proċeduri u gwida biex jiġu prevenuti jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun possibbli effetti negattivi fuq l-ambjent, partikolarment it-tniġġiż ta’ l-ilma tal-wiċċ, l-ilma tal-qiegħ, ħamrija u arja, u fuq l-ambjent globali, inkluż l-effett serra, kif ukoll kif kull risjku li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem, minn miżbla ta’ skart f’terraferma, matul iċ-ċiklu sħiħ tat-terraferma.

2.   Għal dak li huma l-karatteristiċi tekniċi ta’ terraferma, din id-Direttiva fiha, għal dawk it-terraferma li għalihom tapplika d-Direttiva 96/61/KE [tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80)], il-ħtiġijiet tekniċi rilevanti sabiex telabora f’termini konkreti l-ħtiġijiet ġenerali ta’ [din] id-Direttiva. Il-ħtiġijiet rilevanti tad-Direttiva 96/61/KE jridu jiġu meqjusa biex jiġu milħuqa jekk il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva huma mħarsa.”

3

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/31, intitolat “Applikazzjoni għal permess” jipprovdi:

“L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex l-applikazzjoni għal permess ta’ terraferma irid ikun fih għall-inqas il-partikularitajiet li ġejjin:

[…]

g)

il-pjan ta’ proċeduri ta’ għeluq u kura ta’ wara proposti;

[…]”

4

L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat “Kundizzjonijiet tal-permess”, jispeċifika:

“L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex:

a)

l-awtoritá kompetenti ma toħroġġ permess għall-terraferma sakemm tkun sodisfatta li:

i)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(4) u (5), il-proġett tat-terraferma jaqbel mal-ħtiġijiet kollha rilevanti ta’ din id-Direttiva, inklużi l-Annessi;

ii)

l-amministrazzjoni tas-sit tat-terraferma tkun f’idejn persuna naturali li hija teknikament kompetenti li s-sit; taħriġ u żvilupp professjonali u tekniku għal ħaddiema u l-impjegati tat-terraferma ikunu provduti;

iii)

it-terraferma trid tiġi operata b’manjiera tali li miżuri neċessarji huma meħuda biex jiġu prevenuti inċidenti u jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom;

iv)

dispożizzjonijiet adegwati, bil-mod ta’ sigurtá finanzjarja jew oħra ekwivalenti, fuq il-bażi ta’ modalitajiet li jiġu deċiżi milll-Istati Membri, saru jew se jsiru mill-applikant qabel il-bidu ta’ operazzjonijiet tar-rifjut biex jiżgura li l-obligi (inklużi d-dispożizzjonijiet tal-kura ta’ wara) li jiġu skond il-permess maħruġ bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma rispettati u li l-proċeduri ta’ l-għeluq meħtieġa skond l-Artikolu 13 ikunu segwiti. Is-sigurtá jew l-ekwivalenti tagħha trid tinżamm kemm jista’ jkun meħtieġ mill-operazzjoni ta’ manutenzjoni u kura ta’ wara tas-sit bi qbli ma l-Artikolu 13(d). L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, li dan il-punt ma japplikax għat terraferma għal skart inermi;

b)

il-proġett tat-terraferma huwa skond il-pjan jew pjanijiet ta’ amministrazzjoni ta’ l-iskart rilevanti imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE;

c)

qabel il-bidu ta’ operazzjonijiet tar-rifjut, l-awtoritá kompetenti trid tispezzjona is-sit sabiex tiżgura li taqbel mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-permess. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabilitá taloperatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess.”

5

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, intitolat “Proċeduri ta’ l-għeluq u kura ta’ wara”, jiddikjara:

“L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex, bi qbil, fejn xieraq, mall-permess:

a)

terraferma jew parti minnha trid tibda proċedura ta’ l-għeluq::

i)

meta l-kundizzjonijiet rilevanti imsemmija fil-permess jintlaħqu; jew

jew

ii)

skond l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtoritá kompetenti, wara talba ta’ l-operatur; jew

jew

iii)

b’deċiżjoni raġjonata ta’ l-awtoritá kompetenti;

b)

terraferma jew parti minnha tista’ tiġi biss kunsiderata bħala magħluqa definittivament wara li l-awtoritá kompetenti tkun għamlet l-aħħar spezzjoni fuq is-sit, u tkun assessjat ir-rapporti kollha mogħtija mill-operatur u tkun ikkomunikat lill-operatur l-approvazzjoni tagħha għall-għeluq. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabilitá tal-operatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess;

[…]”

6

L-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, intitolat “Siti eżistenti ta’ terraferma” huwa fformulat kif ġej:

“L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex terraferma li ġew mogħtija permess, jew li huma diġa qed jitħaddmu fil-ħin ta’ trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva, ma jistgħux ikomplu jaħdmu sakemm il-passi indikati hawn taħt jiġu mtemma malajr kemm jista’ jkun u fi żmien tmien snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) l-aktar tard:

a)

f’perijodu ta’ sena min wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-operatur ta’ terraferma irid jipprepara u jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti, għall-approvazzjoni tagħhom, pjan ta’ kondizzjonament għas-sit inklużi l-partikolari elenkati fl-Artikolu 8 u kull miżura korrettiva li l-operatur jikkonsidera li tkun meħtieġa sabiex ikun konformi mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet fl-Anness I, punt 1.

b)

skond il-preżentazzjoni tal-pjan ta’ kondizzjonament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni definita fuq jekk l-operazzjonijiet ikomplux fuq il-bażi ta’ l-imsemmi pjan ta’ kundizzjonalment u ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jagħlqu malajr kemm jista’ jkun possibbli, bi qbil ma l-Artikolu 7(g) u 13, siti li ma ġewx mogħtija, bi qbil ma’ l-Artikolu 8, permess biex ikomplu joperaw.

c)

fuq il-bażi tal-pjan ta’ kondizzjonament tas-sit approvat, l-awtortá kompetenti għandha tawtorizza x-xogħol neċessarju u tistipula perijodu tranżitorju għat-temma tal-pjan. Terraferma eżistenti trid taqbel mall-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet fl-Anness I, punt 1 fi żmien tmien snin wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1).

d)

i)

fi żmien sena wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-Artikoli 4, 5, u 11 u l-Anness II għandhom jgħoddu għal terraferma għal skart perikoluż.

ii)

fi żmien tlett snin wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-Artikolu 6 għandu jgħodd għal terraferma ta’ skart perikoluż.”

7

L-Artikolu 18 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Transpożizzjoni”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:

“L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, regolamenti u dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jaqblu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn minn wara d-dħul tagħha fis-seħħ. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan immedjatament.

[…]”

8

Skont l-Artikolu 19 tiegħu, id-Direttiva 1999/31 daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 1999.

Il-proċedura prekontenzjuża

9

Wara diversi skambji mal-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni, fit-28 ta’ Frar 2012, bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 258 TFUE, li fiha ddikjarat li f’dan l-Istat Membru kien hemm 102 imżiebel eżistenti li joperaw bi ksur tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31.

10

Fl-ittri tagħhom tal-11 ta’ Mejju u tat-8 ta’ Ġunju 2012, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li kien hemm 46 miżbla eżistenti fis-sens tal-imsemmi Artikolu 14.

11

Il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata fit-22 ta’ Novembru 2012, li r-Repubblika Taljana wieġbet għaliha fl-24 ta’ Jannar 2013, fit-3 ta’ Marzu u fl-4 ta’ Lulju 2014.

12

Fid-dawl ta’ ċerti impreċiżjonijiet fit-tweġibiet mogħtija mill-awtoritajiet Taljani u wara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 2014, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-196/13, EU:C:2014:2407), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-Repubblika Taljana kienet kisret l-Artikolu 260(1) TFUE, fir-rigward, b’mod partikolari, ta’ ċerti mżiebel eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31, il-Kummissjoni, fid-19 ta’ Ġunju 2015, bagħtet opinjoni motivata addizzjonali li fiha speċifikat id-distinzjoni bejn il-proċedura ta’ ksur inkwistjoni fil-kawża odjerna u dik li wasslet għal din is-sentenza. Fiha l-Kummissjoni indikat li din tal-aħħar kienet tikkonċerna l-obbligu impost fuq l-awtoritajiet kompetenti li jadottaw deċiżjoni li tikkonċerna kull waħda mill-imżiebel inkwistjoni li jkollha l-għan jew li tawtorizzaha lil dawn l-imżiebel ikomplu joperaw, jew li tagħlaqhom, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31. Hija tispeċifika li għall-kuntrarju, il-proċedura inkwistjoni fil-kawża odjerna tirrigwarda l-obbligi msejħa “ta’ tlestija”, jiġifieri l-obbligi ta’ eżekuzzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru kkonċernat diġà adotta u li jista’ jkollhom bħala l-għan tagħhom, skont l-imżiebel ikkonċernati, kemm l-awtorizzazzjoni sabiex jitkompla l-operat mogħtija lill-miżbla inkwistjoni, kif ukoll l-għeluq ta’ din tal-aħħar. Skont il-Kummissjoni, dawn l-obbligi ta’ tlestija li b’hekk jikkonsistu, skont il-miżbla kkonċernata, kemm fl-implimentazzjoni ta’ miżuri neċessarji għall-għeluq ta’ din tal-aħħar, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) ta’ din id-direttiva, kif ukoll fl-adozzjoni ta’ miżuri neċessarji sabiex jirrendu din il-miżbla konformi mal-imsemmija direttiva, f’każ li din tal-aħħar tkun ġiet awtorizzata tkompli topera skont l-Artikolu 14(c) tal-istess direttiva.

13

Wara l-opinjoni motivata addizzjonali, il-Kummissjoni kkonċediet lir-Repubblika Taljana terminu li kien jiskadi fid-19 ta’ Ottubru 2015 sabiex twieġeb għaliha, kif għamlet ir-Repubblika Taljana bl-ittri tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2015, tad-9 ta’ Settembru 2016, tat-13 ta’ Jannar u tat-12 ta’ April 2017.

14

Fir-risposta tagħha tad-9 ta’ Settembru 2016, ir-Repubblika Taljana pprovdiet lista sħiħa ta’ mżiebel eżistenti, diviżi skont ir-reġjun, u semmiet erba’ mżiebel oħra eżistenti li ma huwiex suġġetti madankollu għall-proċedura odjerna peress li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni fl-ittra ta’ intimazzjoni.

15

Fid-dawl tar-risposti mogħtija mir-Repubblika Taljana għall-opinjoni motivata addizzjonali, fit-13 ta’ Jannar u fit-12 ta’ April 2017, il-Kummissjoni indikat li sitt imżiebel kienu inġabu f’konformità mad-Direttiva 1999/31.

16

Madankollu, billi qieset li 44 miżbla kienu għadhom mhux konformi mad-Direttiva 1999/31, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.

Fuq ir-rikors

L-argumenti tal-partijiet

17

Il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex l-imżiebel eżistenti, jiġifieri l-imżiebel li kisbu awtorizzazzjoni jew dawk li diġà kienu joperaw qabel is-16 ta’ Lulju 2001, ikunu jistgħu jibqgħu joperaw wara s-16 ta’ Lulju 2009 biss jekk ikunu implimentati fl-iqsar żmien possibbli l-miżuri previsti fl-Artikolu 14(b) u (c) ta’ din id-direttiva. B’hekk, dan l-artikolu kien jistabbilixxi skema tranżitorja maħsuba sabiex tiżgura li l-imżiebel eżistenti jinġiebu malajr f’konformità mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva.

18

Il-Kummissjoni tispeċifika li din il-proċedura ta’ ksur tikkonċerna biss l-obbligi ta’ tlestija li għandhom bħala l-għan tagħhom it-twettiq, sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Lulju 2009, tal-miżuri neċessarji għall-għeluq ta’ mżiebel eżistenti, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, jew it-twettiq tal-miżuri neċessarji sabiex jiġiebu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva l-imżiebel eżistenti li kisbu l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu l-operat tagħhom skont l-Artikolu 14(c) tal-imsemmija direttiva.

19

Fir-rigward, fl-ewwel lok tal-imżiebel eżistenti li ma kisbux l-awtorizzazzjoni biex ikomplu bl-operat tagħhom, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, ir-Repubblika Taljana kellha tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tipproċedi, kemm jista’ jkun malajr u sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Lulju 2009, bl-għeluq tagħhom, skont l-Artikolu 7(g) u l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva.

20

Fit-tieni lok, għall-imżiebel eżistenti awtorizzati jkomplu bl-operat tagħhom, l-Artikolu 14(c), tal-imsemmija direttiva jipprovdi li, jekk il-pjan ta’ kondizzjonament ġie approvat u b’hekk li l-awtorizzazzjoni ta’ tkomplija tal-operat tkun inħarġet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawn l-imżiebel kollha jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-istess direttiva sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Lulju 2009.

21

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tirrileva ċerta ambigwità fil-miżuri adottati mill-awtoritajiet Taljani safejn dawn tal-aħħar kultant iddeċidew, fl-ewwel lok, li jadottaw pjan ta’ kondizzjonament u b’hekk awtorizzaw it-tkomplija tal-operat tal-miżbla kkonċernata, qabel ma ddeċidew, fit-tieni lok, li jagħlquha. Il-kelma “kondizzjonament” intużat ukoll f’każ ta’ mżiebel li huma suġġetti għal deċiżjoni ta’ għeluq. Għal 22 mill-44 miżbla ikkonċernati minn dan ir-rikors, huwa b’hekk impossibbli li jiġi ddeċifrat mingħajr ambigwità jekk kienx hemm għeluq jew inkella tkomplija tal-attività.

22

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tirrileva li inkonnessjoni mal-44 miżbla inkwistjoni, jew ix-xogħlijiet neċessarji sabiex tinkiseb konformità mad-Direttiva 1999/31 ta’ imżiebel li l-operat tagħhom kellu jkompli ma twettqux fid-data tad-19 ta’ Ottubru 2015, stabbilita fl-opinjoni motivata addizzjonali, jew inkella ma ġewx addottati l-miżuri neċessarji għall-għeluq ta’ mżiebel li l-awtorizzazzjoni tal-attività tagħhom ma ġietx imġedda, bi ksur tal-Artikolu 14(b) u (c) ta’ din id-direttiva.

23

Ir-Repubblika Taljana tikkontesta l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni. Fir-rigward tal-allegat ksur tal-obbligu, impost mill-Artikolu 14(b) u (c) tal-imsemmija direttiva, li tiġi adottata deċiżjoni definittiva marbuta mal-konformità jew mal-għeluq tal-imżiebel eżistenti u tal-ambigwità fil-miżuri adottati mill-awtoritajiet Taljani, ir-Repubblika Taljana tirreleva, minn naħa, li l-awtoritajiet kompetenti adottaw deċiżjoni definittiva li timponi l-għeluq ta’ 18 minn 22 miżbla, filwaqt li erba’ imżiebel oħra, li jinsabu fir-reġjun tal-Puglia, kienu s-suġġett ta’ deċiżjonijiet definittivi li jipprevedu l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-istess direttiva, u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-22 miżbla identifikati mill-Kummissjoni, li din tal-aħħar ma tikkontestax il-validità tal-miżuri definittivi ta’ għeluq adottati mill-awtoritajiet kompetenti iżda biss il-ksur tal-obbligu li jitlestew ix-xogħlijiet ta’ għeluq qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit tas-16 ta’ Lulju 2009.

24

F’każijiet numerużi, l-awtoritajiet kompetenti, fl-ewwel lok, ippreskrivew il-kondizzjonament tal-miżbla kkonċernata u awtorizzaw l-attività ta’ din tal-aħħar, qabel ma ddeċidew, fit-tieni lok, li jagħlqu din il-miżbla definittivament minħabba nuqqas ta’ konformità fit-termini stabbiliti jew wara t-tmiem tal-attività. L-għeluq definittiv tal-miżbla kkonċernata, f’dan il-każ, twettaq b’eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet previsti fl-att uniku li kien approva kemm il-pjan ta’ kondizzjonament kif ukoll il-pjan ta’ għeluq, fatt li jispjega l-allegata ambigwità tad-deċiżjonijiet iċċitati mill-awtoritajiet Taljani, ambigwità li hija biss waħda formali.

Evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

25

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex l-imżiebel awtorizzati jew li diġà joperaw fil-mument tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, jiġifieri sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Lulju 2001, ikunu jistgħu jkomplu joperaw biss jekk il-miżuri msemmija f’dan l-artikolu jkunu ġew implimentati kemm jista’ jkun malajr u sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Lulju 2009.

26

Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-imsemmi Artikolu 14 jistabbilixxi skema tranżitorja derogatorja intiża sabiex tinkiseb il-konformità ta’ dawn l-imżiebel mar-rekwiżiti ambjentali l-ġodda (sentenza tal-25 ta’ Frar 2016, Il-Kummissjoni vs Spanja, C‑454/14, mhux ippubblikata, EU:C:2016:117, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).

27

B’mod partikolari, l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31 jirrikjedi, minn naħa, li l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-attività abbażi ta’ pjan ta’ kondizzjonament ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex ikun jista’ jseħħ, fl-inqas żmien possibbli, l-għeluq tas-siti ma kisbux, skont l-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, l-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tal-attivitajiet tagħhom.

28

L-Artikolu 14(c) tad-Direttiva 1999/31 essenzjalment jipprovdi li fuq il-bażi tal-pjan ta’ kondizzjonament ta’ sit approvat, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza x-xogħlijiet neċessarji u tistabbilixxi perijodu tranżitorju għall-eżekuzzjoni tal-pjan, filwaqt li huwa speċifikat li kull miżbla eżistenti għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva qabel is-16 ta’ Lulju 2009.

29

Sabiex jiġi kkonstatat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi skont l-imsemmija direttiva, l-eżistenza ta’ dan in-nuqqas għandha, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, tiġi evalwata skont is-sitwazzjoni tal-Istat Membru li tkun preżenti fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, b’tali mod li t-tibdil li jsir wara ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2018, Il-Kummissjoni vs Ir-Rumanija, C-301/17, mhux ippubblikata, EU:C:2018:846, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).

30

Fil-kawża odjerna, id-data rilevanti hija dik li ġiet stabbilita fl-opinjoni motivata addizzjonali, jiġifieri fid-19 ta’ Ottubru 2015.

31

Ċertament, ir-Repubblika Taljana adottat miżuri bil-ħsieb, jew jingħalqu s-siti li ma kisbux l-awtorizzazzjoni li jkomplu bl-operat tagħhom, jew li jitwettqu x-xogħlijiet neċessarji konformement mal-pjanijiet ta’ kondizzjonament tas-siti approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

32

Madankollu, huwa stabbilit bejn il-partijiet li, fl-ewwel lok, l-imżiebel ta’ Avigliano (lokalità ta’ Serre Le Brecce), ta’ Ferrandina (lokalità ta’ Venita), ta’ Genzano di Lucania (lokalità ta’ Matinella), ta’ Latronico (lokalità ta’ Torre), ta’ Lauria (lokalità ta’ Carpineto), ta’ Maratea (lokalità ta’ Montescuro), ta’ Moliterno (lokalità ta’ Tempa La Guarella), ta’ Potenza (lokalità ta’ Montegrosso-Pallareta), ta’ Rapolla (lokalità ta’ Albero in Piano), ta’ Sant’Angelo Le Fratte (lokalità ta’ Farisi), ta’ Capistrello (lokalità ta’ Trasolero), ta’ Francavilla (Valle Anzuca), ta’ L’Aquila (lokalità ta’ Ponte delle Grotte), ta’ Canosa (CO.BE.MA), ta’ Torviscosa (kumpannija Caffaro), ta’ Corleto Perticara (lokalità ta’ Tempa Masone), ta’ Marsico Nuovo (lokalità ta’ Galaino), ta’ Matera (lokalità ta’ La Martella), ta’ Rionero in Volture (lokalità ta’ Ventaruolo), ta’ Salandra (lokalità ta’ Piano del Governo), ta’ Senise (lokalità ta’ Palomabara), ta’ Tito (lokalità ta’ Aia dei Monaci), ta’ Capestrano (lokalità ta’ Tirassegno), ta’ Castellalto (lokalità ta’ Colle Coccu), ta’ Castelvecchio Calvisio (lokalità ta’ Termine), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Cannucce), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Case querceto), ta’ Mosciano S. Angelo (lokalità ta’ Santa Assunta), ta’ S. Omero (lokalità ta’ Ficcadenti), ta’ Montecorvino Pugliano (lokalità ta’ Parapoti) u ta’ Torviscosa (lokalità ta’ La Valletta) ma ġewx magħluqa, konformement mad-Direttiva 1999/31, fid-data tad-19 ta’ Ottubru 2015 u kienu għadhom mhux konformi ma’ din tal-aħħar fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors.

33

Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-imżiebel ta’ Andria (D’Oria G. & C.), ta’ Bisceglie (CO.GE.SER), ta’ Andria (F.lli Acquaviva), ta’ Trani (BAT-Igea), ta’ Atella (lokalità ta’ Cafaro), ta’ Pescopagano (lokalità ta’ Domacchia), ta’ Tito (lokalità ta’ Valle del Forno), ġie kkonfermat mill-partijiet waqt is-seduta li x-xogħlijiet neċessarji għall-konformità mal-imsemmija direttiva ta’ dawn l-imżiebel tlestew matul is-snin 2017 u 2018, jiġifieri qabel id-19 ta’ Ottubru 2015.

34

Fit-tielet lok, fir-rigward tal-imżiebel ta’ Potenza (lokalità ta’ Montegrosso-Pallareta), ta’ Roccanova (lokalità ta’ Serre), ta’ Campotosto (lokalità ta’ Reperduso), ta’ San Mauro Forte (lokalità ta’ Priati), ta’ San Bartolomeo in Galdo (lokalità ta’ Serra Pastore) u ta’ Trivigano (li kienet Cava Zof), ir-Repubblika Taljana allegat, waqt is-seduta, il-konformità ta’ dawn l-imżiebel mad-Direttiva 1999/31. Madankollu, anki jekk jiġi preżunt li l-Kummissjoni kienet tpoġġiet f’pożizzjoni li tikseb konjizzjoni tad-dokumenti prodotti mir-Repubblika Taljana l-jum ta’ qabel is-seduta, li juru li dawn l-imżiebel effettivament inġabu f’konformità ma’ din id-direttiva, fatt li hija ma kkontestatx, hemm lok li jiġi rrilevat li huwa stabbilit li din il-konformità, anki jekk tiġi preżunta li ġrat, twettqet wara d-19 ta’ Ottubru 2015.

35

Fl-aħħar, fir-rigward tal-argumenti avvanzati mir-Repubblika Taljana sabiex tispjega l-inosservanza tal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 1999/31, jeħtieġ li jiġi nnotat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, Stat Membru ma jistax jeċċepixxi sitwazzjonijiet li jeżistu fis-sistema legali interna tiegħu sabiex jiġġustifika l-inosservanza ta’ obbligi u ta’ termini li jirriżultaw mid-direttivi tal-Unjoni (sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2018, Il-Kummissjoni vs Ir-Rumanija, C-301/17, mhux ippubblikata, EU:C:2018:846, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).

36

Għaldaqstant, ir-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala fondat.

37

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, billi ma adottatx, fir-rigward tal-imżiebel ta’ Avigliano (lokalità ta’ Serre Le Brecce), ta’ Ferrandina (lokalità ta’ Venita), ta’ Genzano di Lucania (lokalità ta’ Matinella), ta’ Latronico (lokalità ta’ Torre), ta’ Lauria (lokalità ta’ Carpineto), ta’ Maratea (lokalità ta’ Montescuro), ta’ Moliterno (lokalità ta’ Tempa La Guarella), iż-żewġ imżiebel ta’ Potenza (lokalità ta’ Montegrosso-Pallareta), l-imżiebel ta’ Rapolla (lokalità ta’ Albero in Piano), ta’ Roccanova (lokalità ta’ Serre), ta’ Sant’Angelo Le Fratte (lokalità ta’ Farisi), ta’ Campotosto (lokalità ta’ Reperduso), ta’ Capistrello (lokalità ta’ Trasolero), ta’ Francavilla (Valle Anzuca), ta’ L’Aquila (lokalità ta’ Ponte delle Grotte), ta’ Andria (D’Oria G. & C.), ta’ Canosa (CO.BE.MA), ta’ Bisceglie (CO.GE.SER), ta’ Andria (F.lli Acquaviva), ta’ Trani (BAT-Igea), ta’ Torviscosa (société Caffaro), d’Atella (lokalità ta’ Cafaro), ta’ Corleto Perticara (lokalità ta’ Tempa Masone), ta’ Marsico Nuovo (lokalità ta’ Galaino), ta’ Matera (lokalità ta’ La Martella), ta’ Pescopagano (lokalità ta’ Domacchia), ta’ Rionero in Volture (lokalità ta’ Ventaruolo), ta’ Salandra (lokalità ta’ Piano del Governo), ta’ San Mauro Forte (lokalità ta’ Priati), ta’ Senise (lokalità ta’ Palomabara), ta’ Tito (lokalità d’Aia dei Monaci), ta’ Tito (lokalità ta’ Valle del Forno), ta’ Capestrano (lokalità ta’ Tirassegno), ta’ Castellalto (lokalità ta’ Colle Coccu), ta’ Castelvecchio Calvisio (lokalità ta’ Termine), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Cannucce), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Case querceto), ta’ Mosciano S. Angelo (lokalità ta’ Santa Assunta), ta’ S. Omero (lokalità ta’ Ficcadenti), ta’ Montecorvino Pugliano (lokalità ta’ Parapoti), ta’ San Bartolomeo in Galdo (lokalità ta’ Serra Pastore), ta’ Trivigano (li kienet Cava Zof) u ta’ Torviscosa (lokalità ta’ La Valletta), il-miżuri kollha neċessarji sabiex jingħalqu, fl-iqsar żmien possibbli, konformement mal-Artikolu 7(g), u tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31, dawk il-imżiebel minn dawn imsemmija la ma kisbux, konformement mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu bl-operat tagħhom, jew billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tirrendi konformi mal-imsemmija direttiva dawk minn dawn l-imżiebel li kisbu awtorizzazzjoni sabiex ikomplu joperaw, u dan bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I tal-istess direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha naxxenti mill-Artikolu 14(b) u (c) tad-Direttiva 1999/31.

Fuq l-ispejjeż

38

Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Taljana tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.

 

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Billi ma adottatx, fir-rigward tal-imżiebel ta’ Avigliano (lokalità ta’ Serre Le Brecce), ta’ Ferrandina (lokalità ta’ Venita), ta’ Genzano di Lucania (lokalità ta’ Matinella), ta’ Latronico (lokalità ta’ Torre), ta’ Lauria (lokalità ta’ Carpineto), ta’ Maratea (lokalità ta’ Montescuro), ta’ Moliterno (lokalità ta’ Tempa La Guarella), taż-żewġ imżiebel ta’ Potenza (lokalità ta’ Montegrosso-Pallareta), tal-imżiebel ta’ Rapolla (lokalità ta’ Albero in Piano), ta’ Roccanova (lokalità ta’ Serre), ta’ Sant’Angelo Le Fratte (lokalità ta’ Farisi), ta’ Campotosto (lokalità ta’ Reperduso), ta’ Capistrello (lokalità ta’ Trasolero), ta’ Francavilla (Valle Anzuca), ta’ L’Aquila (lokalità ta’ Ponte delle Grotte), ta’ Andria (D’Oria G. & C. Snc), ta’ Canosa (CO.BE.MA), ta’ Bisceglie (CO.GE.SER), ta’ Andria (F.lli Acquaviva), ta’ Trani (BAT-Igea Srl), ta’ Torviscosa (kumpannija Caffaro), d’Atella (lokalità ta’ Cafaro), ta’ Corleto Perticara (lokalità ta’ Tempa Masone), ta’ Marsico Nuovo (lokalità ta’ Galaino), ta’ Matera (lokalità ta’ La Martella), ta’ Pescopagano (lokalità ta’ Domacchia), ta’ Rionero in Volture (lokalità ta’ Ventaruolo), ta’ Salandra (lokalità ta’ Piano del Governo), ta’ San Mauro Forte (lokalità ta’ Priati), ta’ Senise (lokalità ta’ Palomabara), ta’ Tito (lokalità ta’ Aia dei Monaci), ta’ Tito (lokalità ta’ Valle del Forno), ta’ Capestrano (lokalità ta’ Tirassegno), ta’ Castellalto (lokalità ta’ Colle Coccu), ta’ Castelvecchio Calvisio (lokalità ta’ Termine), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Cannucce), ta’ Corfinio (lokalità ta’ Case querceto), ta’ Mosciano S. Angelo (lokalità ta’ Santa Assunta), ta’ S. Omero (lokalità ta’ Ficcadenti), ta’ Montecorvino Pugliano (lokalità ta’ Parapoti), ta’ San Bartolomeo in Galdo (lokalità ta’ Serra Pastore), ta’ Trivigano (li kienet Cava Zof), u ta’ Torviscosa (lokalità ta’ La Valletta), il-miżuri kollha neċessarji sabiex jingħalqu, fl-iqsar żmien possibbli, konformement mal-Artikolu 7(g), u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, dawk il-imżiebel minn dawn imsemmija la ma kisbux, konformement mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu bl-operat tagħhom, jew billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tirrendi konformi mal-imsemmija direttiva dawk minn dawn l-imżiebel li kisbu awtorizzazzjoni sabiex ikomplu joperaw, u dan bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I ta’ din l-istess direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha naxxenti mill-Artikolu 14(b) u (c) tad-Direttiva 1999/31.

 

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.