Kawża C‑445/17

Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

vs

Pilato SpA

(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mill-Commissione Tributaria Regionale del Lazio)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa Doganali Komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestaturi 8703, 8704 u 8705 – Karozzi tal-mejtin”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal‑25 ta’ Lulju 2018

Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Karozzi tal-mejtin – Klassifikazzjoni fl-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda

(Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 927/2012, Anness I)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad‑9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li karozzi tal-mejtin bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda.

(ara l-punt 41 u d-dispożittiv)