Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni vs l-Italja
(Kawża C-251/17) ( 1 )
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ġbir u trattament tal-ilma urban mormi – Direttiva 91/271/KEE – Artikoli 3, 4 u 10 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 260(2) TFUE – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa”
|
1. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Terminu ta’ eżekuzzjoni–Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 32-34) |
|
2. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Pagamenti ta’ penalità–Kundanna għall-ħlas–Kundizzjoni–Nuqqas li jibqa’ jeżisti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 64, 65) |
|
3. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Pagamenti ta’ penalità–Determinazzjoni tal-forma u tal-ammont–Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja–Kriterji (Artikoli 258 TFUE u 260(2) TFUE) (ara l-punti 68-71) |
|
4. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Pagamenti ta’ penalità–Determinazzjoni tal-ammont–Kriterji–Gravità tal-ksur–Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza fil-qasam tat-trattament tal-ilma urban mormi (Artikolu 260(2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271) (ara l-punti 72-77) |
|
5. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Pagamenti ta’ penalità–Determinazzjoni tal-ammont–Kriterji–Tul tal-ksur (Artikolu 260(1) TFUE) (ara l-punti 78, 79) |
|
6. |
Stati Membri–Obbligi–Implementazzjoni ta’ direttivi–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern–Inammissibbiltà (ara l-punt 80) |
|
7. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Pagamenti ta’ penalità–Determinazzjoni tal-ammont–Kriterji–Kapaċità ta’ ħlas–Data ta’ evelwazzjoni (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punt 81) |
|
8. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Pagamenti ta’ penalità–Determinazzjoni tal-ammont–Pagamenti ta’ penalità li jonqsu gradwalment (Artikolu 260(2) TFUE ; Direttiva tal-Kunsill 91/271) (ara l-punti 82-87) |
|
9. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Pagamenti ta’ penalità–Somma f’daqqa–Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet–Ammissibbiltà (ara l-punt 96) |
|
10. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza–Sanzjonijiet pekunjarji–Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa–Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja–Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 97-100) |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE. |
|
2) |
Fil-każ li n-nuqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 30112500 għal kull semtestru ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), li l-ammont effettiv tagħha għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi l-ammont totali dwar kull wieħed minn dawn il-perijodi jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti tal-agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi tagħhom kienu reżi konformi mas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), fl-aħħar tal-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet mhux mgħammra b’sistemi bħal dawn fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza. |
|
3) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 25 miljun. |
|
4) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 221, 10.7.2017.