Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal‑25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C‑205/17) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ġbir u trattament ta’ ilma urban mormi – Direttiva 91/271/KEE – Artikoli 3 u 4 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 260(2) TUE – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Art 260(2) TFUE)

(ara l-punt 19)

2. 

Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punti 23, 62)

3. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Kundanna għall-ħlas – Kundizzjoni – Nuqqas li jibqa’ jeżisti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja

(Art 260(2) TFUE)

(ara l-punt 45)

4. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-forma u tal-ammont – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji

(Artikoli 258 TFUE u 260(2) TFUE)

(ara l-punti 49-53)

5. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Gravità tal-ksur – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza dwar it-trattament tal-ilma urban mormi

(Artikolu 260(2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271)

(ara l-punti 54-58)

6. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Tul tal-ksur

(Artikolu 260(1) TFUE)

(ara l-punti 59, 61)

7. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Kapaċità ta’ ħlas – Data ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punt 63)

8. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Pagamenti ta’ penalità digressiva

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punti 65-67)

9. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Somma f’daqqa – Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet – Ammissibbiltà

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punt 74)

10. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 260(2) TFUE)

(ara l-punti 75-78)

Dispożittiv

1) 

Ir-Renju ta’ Spanja, meta ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal‑14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2) 

Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti sal-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat li jħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 10 950 000 għal kull semestru ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal‑14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), sa mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tal‑14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), li l-ammont effettiv tagħhom għandu jiġi kkalkulat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi jitnaqqas l-ammont totali għal kull wieħed minn dawn il-perijodi b’perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u/jew ta’ trattament tal-ilma urban mormi tagħhom kienu ġew konformi mas-sentenza tal‑14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), fi tmiem il-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ abitanti ekwivalenti ta’ agglomerazzjonijiet li ma għandhomx tali sistemi fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza.

3) 

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat li jħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ ammont ta’ EUR 12-il miljun.

4) 

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 195, 19.9.2017.