Kawża C‑167/17

VolkmarKlohn

vs

An Bord Pleanála

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Dritt ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni – Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża li ma tiswiex tant li tkun projbittiva – Kunċett – Applikazzjoni ratione temporis – Effett dirett – Effett fuq deċiżjoni nazzjonali ta’ tassazzjoni ta’ spiża li saret definittiva”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas‑17 ta’ Ottubru 2018

  1. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Directiva 85/337 – Dritt ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni – Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża li ma tiswiex tant li tkun projbittiva – Kunċett

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a

  2. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 – Dritt ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni – Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża li ma tiswiex tant li tkun projbittiva – Effett dirett – Assenza – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Portata – Ħolqien ta’ obbligu – Data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a)

  3. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Applikazzjoni ratione temporis – Applikazzjoni immedjata tar-regola l-ġdida lill-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt ir-regola l-antika – Atti meħuda għat-traspożizzjoni ta’ direttiva – Assenza ta’ traspożizzjoni – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Portata – Ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi – Assenza

  4. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 – Dritt ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni – Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża li ma tiswiex tant li tkun projbittiva – Assenza ta’ traspożizzjoni – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Applikazzjoni ratione temporis

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a

  5. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità li tiġi żgurata l-effettività tad-direttivi – Obbligi tal-qrati nazzjonali – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt – Interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonali

  6. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 – Dritt ta’ azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni – Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża li ma tiswiex tant li tkun projbittiva – Assenza ta’ traspożizzjoni – Effett fuq deċiżjoni nazzjonali ta’ tassazzjoni tal-ispejjeż li jkunu kisbu l-awtorità ta’ res judicata – Proċedura nazzjonali rigward l-ispejjeż ta’ distinzjoni bejn it-tqassim tal-ispejjeż u l-iffissar tal-ammont tagħhom – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi impost fuq il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ammont tal-ispejjeż – Limiti – Awtorità ta’ res judicata marbuta mad-deċjoni definittiva dwar it-tqassim tal-ispejjeż

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 35)

  2.  Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas‑27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Mejju 2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji fil-qasam tal-ambjent ma għandhiex tkun projbittiva li jistabbilixxi ma għandux effett dirett. Fl-assenza ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu minn Stat Membru, il-qrati ta’ dan tal-aħħar huma madankollu obbligati, b’kull mezz possibbli, li jinterpretaw id-dritt nazzjonali, mill-iskadenza tat-terminu previst għat-traspożizzjoni tal-imsemmi artikolu, b’tali mod li l-individwi ma għandhomx jiġu preklużi milli jintroduċu, jew jissoktaw b’talba għal stħarriġ ġudizzjarju li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu minħabba l-piż finanzjarju li jista’ jirriżulta minnha.

    (ara l-punt 36 u d-dispożittiv 1) 1

  3.  Meta ebda att ta’ implimentazzjoni ma ġie adottat fit-terminu previst għal dan il-għan minn direttiva, bħalma huwa l-każ tat-tilwima fil-kawża prinċipali, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-obbligu li d-dritt nazzjonali jiġi interpretat skont ir-regola mhux trasposta japplika wkoll fil-kundizzjonijiet imfakkra fil-punti 39 u 40 ta’ din is-sentenza, mill-iskadenza ta’ dan it-terminu. Fil-fatt, f’din l-aħħar sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu li tinterpreta d-dritt nazzjonali sabiex, sa fejn ikun possibbli, jintlaħaq ir-riżultat previst mid-dispożizzjonijiet mhux trasposti ta’ direttiva, hekk kif tfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza. Issa, l-applikabbiltà immedjata għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet eżistenti ta’ regola ġdida li tirriżulta minn direttiva, mid-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din tal-aħħar, hija parti minn dan ir-riżultat, sakemm id-direttiva ma tispeċifikax mod ieħor. Għaldaqstant, il-qrati nazzjonali huma obbligati li jinterpretaw id-dritt nazzjonali, mill-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva li ma tkunx ġiet trasposta, b’mod li jrendu l-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nħolqu taħt il-liġi antika immedjatament kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.

    (ara l-punti 43-45)

  4.  Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/235, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi huwa impost fuq il-qrati ta’ Stat Membru, meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż fil-proċeduri ġudizzjarji li kienu pendenti fid-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tar-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji fil-qasam tal-ambjent ma għandhiex tkun projbittiva, previst f’dan il-ħames subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 10a, indipendentement mid-data li fiha dawn l-ispejjeż ġew sostnuti matul il-proċeduri kkonċernati.

    (ara l-punt 55 u d-dispożittiv 2)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 59-65)

  6.  Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/235, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi huwa tal-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi fuq l-ammont tal-ispejjeż li, sa fejn l-awtorità ta’ res judicata li hija marbuta mad-deċiżjoni, saret finali, dwar it-tqassim tal-ispejjeż ma tipprekludix dan, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.

    (ara l-punt 71 u d-dispożittiv 1) 3