201806220121970662018/C 240/116402017CJC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL201804178811

Kawża C-640/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra – il-Portugal – Luís Manuel dos Santos vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Taxxi interni — Projbizzjoni ta’ taxxi diskriminatorji — Artikolu 110 TFUE — Taxxa unika tat-triq għal vetturi bil-mutur — Stabbiliment tar-rata ta’ taxxa skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni — Vetturi bil-mutur użati importati minn Stati Membri oħra — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-ewwel reġistrazzjoni fi Stat Membru ieħor)


C2402018MT810120180417MT00118181

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra – il-Portugal – Luís Manuel dos Santos vs Fazenda Pública

(Kawża C-640/17) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Taxxi interni — Projbizzjoni ta’ taxxi diskriminatorji — Artikolu 110 TFUE — Taxxa unika tat-triq għal vetturi bil-mutur — Stabbiliment tar-rata ta’ taxxa skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni — Vetturi bil-mutur użati importati minn Stati Membri oħra — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-ewwel reġistrazzjoni fi Stat Membru ieħor)”

2018/C 240/11Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luís Manuel dos Santos

Konvenut: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha t-taxxa unika tat-triq li hija tistabbilixxi tinġabar fuq il-vetturi bil-mutur żgħar intiżi għat-trasport ta’ passiġġieri li jkunu ġew irreġistrati jew imniżżlin fl-imsemmi Stat Membru mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vettura meta din tkun twettqet fi Stat Membru ieħor, bil-konsegwenza li t-tassazzjoni tal-vetturi importati minn Stat Membru ieħor tkun ogħla minn dik tal-vetturi simili mhux importati.


( 1 ) ĠU C 42, 5.2.2018.