4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)) – PM vs AH

(Kawża C-604/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni f’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru biex tisma’ kawża f’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fil-każ fejn il-wild ma jirrisjedix fit-territorju ta’ dan l-Istat - Ġuristizzjoni f’materji relatati mal-obbligu ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009))

(2018/C 190/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PM

Konvenuta: AH

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru li għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi, abbażi tal-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, dwar rikors għal divorzju bejn żewġ miżżewġin li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat Membru, ma hijiex kompetenti biex tiddeċiedi dwar id-dritt ta’ kustodja u d-dritt taż-żjara fir-rigward tal-wild tal-miżżewġin meta fil-mument li tiġi adita din il-qorti, dan il-wild ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet meħtieġa biex din il-ġurisdizzjoni tgħaddi għand il-qorti msemmija abbażi tal-Artikolu 12 tal-imsemmi regolament ma jkunux sodisfatti, barra minn hekk fid-dawl tal-fatt li miċ-ċirkustanzi tal-każ fil-kawża prinċipali lanqas ma jkun jirriżulta li din il-ġurisdizzjoni tista’ tkun ibbażata fuq l-Artikoli 9, 10 jew 15 tal-istess regolament. Barra minn hekk, din il-qorti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.


(1)  ĠU C 22, 22.01.2018.