17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja – GS vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-440/17) (1)

((Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 2011/96/UE - Artikolu 1(2) - Kumpannija omm - Holding - Taxxa f’ras il-għajn tal-profitti ddistribwiti lil kumpannija omm holding mhux residenti - Eenzjoni - Frodi, evażjoni u abbuż fil-qasam fiskali - Preżunzjoni)))

(2018/C 328/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GS

Konvenuta: Bundeszentralamt für Steuern

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/13 tat-13 ta’ Mejju 2013, u l-Artikolu 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tapplika taxxa f’ras il-għajn fuq dividendi mogħtija minn sussidjarja residenti lill-kumpannija omm mhux residenti tagħha, iżda li teskludi d-dritt li din tal-aħħar tikseb ir-rimbors jew l-eżenzjoni minn tali taxxa f’ras il-għajn, meta, minn naħa, ishma f’din il-kumpannija omm huma miżmuma minn persuni li ma jkollhomx id-dritt għal tali rimbors jew għal tali eżenzjoni li kieku huma kienu rċevew direttament dividendi li joriġinaw minn tali sussidjarja u fejn il-kumpannija omm ma ġġeneratx id-dħul gross tagħha għas-sena finanzjarja kkonċernata permezz tal-attività ekonomika rispettiva tagħha u meta, min-naħa l-oħra, waħda miż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni tkun sodisfatta, jiġifieri, jew ma jeżistux raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-interpożizzjoni ta’ din l-istess kumpannija omm, jew din tal-aħħar ma tipparteċipax fl-attività ekonomika ġenerali ma impriża organizzata b’mod xieraq fid-dawl tal-għan tal-kumpannija, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi organizzattivi, ekonomiċi jew karatteristiċi importanti oħra tal-impriżi li għandhom rabtiet mal-kumpannija omm inkwistjoni.


(1)  ĠU C 374, 06.11.2017