|
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/19 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Frar 2018 – HB et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-336/17 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea “Ethics for Animals and Kids” - Protezzjoni tal-annimali mitlufin - Effetti psikoloġiċi fuq l-adulti u t-tfal - Rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-inizjattiva minħabba nuqqas manifest tas-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam - Regolament (UE) Nru 211/2011 - Artikolu 4(2)(b) - Artikolu 4(3)))
(2018/C 142/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: HB, Robert Coates Smith, Hans Joachim Richter, Carmen Arsene, Magdalena Anna Kuropatwinska, Christos Yiapanis, Nathalie Louise Klinge (rappreżentant: P. Brockmann, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)
Dispożittiv
|
1. |
L-appell huwa miċħud. |
|
2. |
HB, Robert Coates Smith, Hans Joachim Richter, Carmen Arsene, Magdalena Anna Kuropatwinska, Christos Yiapanis u Nathalie Louise Klinge, minn naħa, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
(1) ĠU C ##, ##.