4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz – Spanja) – Moisés Vadillo González vs Alestis Aerospace SL

(Kawża C-252/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 190/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Moisés Vadillo González

Konvenuta Alestis Aerospace SL

Fil-preżenza ta’: Ministerio Fiscal

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz (Tribunal Industrijali Nru 2 ta’ Cádiz, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Mejju 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017