|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/8 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău – ir-Rumanija) - SC Topaz Development SRL vs Constantin Juncu, Raisa Juncu
(Kawża C-211/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Konvenju redatt mill-aġent tal-proprjetà u awtentikat minn nutar - Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) - Prova tan-natura nnegozjata tal-klawżoli - Preżunzjoni - Firma tal-kuntratt mill-konsumatur - Artikolu 3(3) - Il-punt 1(d) sa (f) u (i) tal-Anness - Klawżola riżolutorja espressa - Klawżola penali - Natura inġusta - Artikoli 6 u 7 - Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li temenda l-klawżola li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata)
(2020/C 45/03)
Lingwa tal-kawża:ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Topaz Development SRL
Konvenuti: Constantin Juncu, Raisa Juncu
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, is-sempliċi ffirmar ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur ma’ bejjiegħ jew fornitur, li jistipula li, permezz tiegħu, dan il-konsumatur jaċċetta l-klawżoli kuntrattwali kollha redatti minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur, ma jagħtix lok sabiex tinqaleb il-preżunzjoni li tali klawżoli ma kinux ġew innegozjati individwalment. |
|
2) |
L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 93/13, moqri flimkien mal-Anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola riżolutorja espressa u klawżola penali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinsabu f’kuntratt konkluż minn konsumatur ma’ bejjiegħ jew fornitur, stabbiliti esklużivament favur dan tal-aħħar u li jkun irredieġa minn qabel, jistgħu jikkostitwixxu klawżoli inġusti msemmija fil-punt 1(d) sa (f) ta’ dan l-anness, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. |
|
3) |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tingħata deċiżjoni li tikkonstata li klawżola riżolutorja espressa u klawżola penali li jinsabu f’konvenju konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur ikunu inġusti, il-qorti nazzjonali ma tistax tirrimedja għan-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti billi tissostitwixxihom bid-deċiżjoni tagħha nnifisha sakemm ma jitqiesx li dan il-kuntratt ikun jista’ jissussisti fil-każ ta’ tneħħija ta’ dawn il-klawżoli inġusti u sakemm l-annullament tal-imsemmi kuntratt fl-intier tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment dannużi. |