|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd, European Bicycle Manufacturers Association
(Kawża C-709/17 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/776 - Importazzjoni ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini - Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 13 - Evażjoni - Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ - Provenjenza u oriġini tal-komponenti tar-roti - Komponenti kkunsinnati miċ-Ċina lis-Sri Lanka, maħduma fis-Sri Lanka, sussegwentement ikkunsinnati lill-Pakistan għall-assemblaġġ)
(2019/C 383/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França, J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd (rappreżentanti: P. Bentley QC), European Bicycle Manufacturers Association (rappreżentanti: J. Beck, Solicitor, L. Ruessmann, avukat)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Ottubru 2017, Kolachi Raj Industrial vs Il-Kummissjoni (T-435/15, EU:T:2017:712), hija annullata. |
|
2) |
Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd huwa miċħud. |
|
3) |
Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-European Bicycle Manufacturers Association (EBMA), marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell. |