29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. Çoban vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-677/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Protokoll Addizzjonali - Artikolu 59 - Deċiżjoni Nru 3/80 - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza - Artikolu 6 - Benefiċċju tal-invalidità - Tneħħija - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja - Kundizzjoni ta’ residenza - Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ residenti għal żmien twil)

(2019/C 255/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. Çoban

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom, moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-19 ta’ Diċembru 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tneħħi benefiċċju supplimentari lil ċittadin Tork li jirritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li għandu, fid-data tat-tluq tiegħu mill-Istat Membru ospitanti, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.