|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Ploiești - ir-Rumanija) – Oana Mădălina Călin vs Direcția Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Dâmbovița, Statul Român – Ministerul Finanțelor Publice, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-676/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni - Awtonomija proċedurali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Awtorità ta’ res judicata - Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni ġudizzjarja finali li timponi l-ħlas ta’ taxxa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Talba għal reviżjoni ta’ tali deċiżjoni ġuridika - Terminu għat-tressiq ta’ din it-talba)
(2019/C 383/09)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Ploiești
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Oana Mădălina Călin
Konvenuti: Direcția Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Dâmbovița, Statul Român – Ministerul Finanțelor Publice, Administrația Fondului pentru Mediu
Dispożittiv
|
1) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-prinċipju, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik interpretata minn sentenza ta’ qorti nazzjonali, li tipprovdi terminu ta’ dekadenza ta’ xahar għall-preżentata ta’ talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni ġuridika finali mogħtija bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, li jibda jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni li hija mitluba r-reviżjoni tagħha. |
|
2) |