4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Tratave – Tratamento de Águas Residuais do Ave SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-672/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Valur taxxabbli - Tnaqqis - Prinċipju ta’ newtralità fiskali))

(2019/C 44/06)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tratave – Tratamento de Águas Residuais do Ave SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ newtralità kif ukoll l-Artikoli 90 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, ma jistax isir mill-persuna taxxabbli sakemm din ma tkunx ikkomunikat, minn qabel, l-intenzjoni tagħha li tannulla parti jew it-totalità tal-VAT lix-xerrej tal-oġġett jew tas-servizz, jekk dan ikun persuna taxxabbli, għall-finijiet ta’ korrezzjoni tat-tnaqqis tal-ammont tal-VAT li din tal-aħħar setgħet twettaq.


(1)  ĠU C 52, 12.02.2018.