29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — VM Vermögens-Management GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), DAT Vermögensmanagement GmbH

(Kawża C-653/17 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regolament (UE) 2015/2424 - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali Vermögensmanufaktur - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dritt għal smigħ xieraq - Eżami ex officio tal-fatti - Retroattività - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Motivazzjoni tas-sentenzi)

(2019/C 255/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: VM Vermögens-Management GmbH (rappreżentanti: T. Dolde u P. Homann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent), DAT Vermögensmanagement GmbH

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

VM Vermögens-Management GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.