|
6.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket vs Srf konsulterna AB
(Kawża C-647/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 53 - Provvisti ta’ servizzi li jikkonsistu fl-għoti ta’ aċċess għal avvenimenti edukattivi - Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli)
(2019/C 155/11)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket
Konvenuta: Srf konsulterna AB
Dispożittiv
L-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/UE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini “servizzi fir-rigward tad-dħul għal attivitajiet” li hemm riferiment għalihom f’din id-dispożizzjoni jinkludu servizz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fit-taħriġ ta’ kontabbiltà u ta’ ġestjoni, fuq perijodu ta’ ħamest ijiem, ipprovdut lill-persunal taxxabbli biss u li jeżiġi reġistrazzjoni u ħlas bil-quddiem.