|
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Oldenburg — il-Ġermanja) — ReFood GmbH & Co. KG vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen
(Kawża C-634/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Vjeġġi ta’ skart ġewwa l-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Artikolu 1(3)(d) - Kamp ta’ applikazzjoni - Regolament (KE) Nru 1069/2009 - Vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali)
(2019/C 263/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Oldenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ReFood GmbH & Co. KG
Konvenuta: Landwirtschaftskammer Niedersachsen
Dispożittiv
L-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, ħlief fil-każ fejn ir-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedi espressament l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006.