7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Apple Sales International, Apple Inc., Apple retail France EURL vs MJA, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarja ta’ eBizcuss.com

(Kawża C-595/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 23 - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt ta’ distribuzzjoni - Kawża għad-danni tad-distributur ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 102 TFUE mill-fornitur)

(2019/C 4/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Apple Sales International, Apple Inc., Apple retail France EURL

Konvenut: MJA, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarja ta’ eBizcuss.com

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-applikazzjoni, fir-rigward ta’ azzjoni għad-danni mressqa minn distributur kontra l-fornitur tiegħu fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE, ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni li tkun tinsab fil-kuntratt li jorbot lill-partijiet ma hijiex eskluża għas-sempliċi raġuni li din il-klawżola ma tirreferix espressament għal tilwim marbut mar-responsabbiltà sostnuta b’riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.

2)

L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ azzjoni għad-danni mressqa minn distributur kontra l-fornitur tiegħu fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE ma tiddependix fuq il-konstatazzjoni minn qabel ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni minn awtorità nazzjonali jew Ewropea.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.