7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 – ADR Center SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-584/17 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku “Ġustizzja Ċivili” għall-perijodu 2007-2013 - Rapporti ta’ awditu li jikkontestaw in-natura eliġibbli ta’ ċerti spejjeż - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tordna l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Artikolu 299 TFUE - Setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2020/C 297/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ADR Center SpA (rappreżentanti: A. Guillerme u T. Bontinck, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ADR Center SpA għandha tbati, minbarra żewġ terzi tal-ispejjeż rispettivi tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra terz tal-ispejjeż rispettivi tagħha, terz tal-ispejjeż sostnuti minn ADR Center SpA.


(1)  ĠU C 5, 08.01.2018.