|
17.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs H. (C-582/17), R. (C-583/17)
(Kawżi magħquda C-582/17 u C-583/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 18(1)(b) sa (d) - Artikolu 23(1) - Artikolu 24(1) - Proċedura ta’ teħid lura - Kriterji ta’ responsabbiltà - Applikazzjoni ġdida ddepożitata fi Stat Membru ieħor - Artikolu 20(5) - Proċess ta’ determinazzjoni pendenti - Irtirar tal-applikazzjoni - Artikolu 27 - Rimedji ġudizzjarji)
(2019/C 206/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Konvenuti: H. (C-582/17), R. (C-583/17)
Dispożittiv
Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun iddepożita applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-ewwel Stat Membru, imbagħad telaq minn dan l-Istat Membru u sussegwentement iddepożita applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali fit-tieni Stat Membru:
|
— |
ma jistax, bħala prinċipju, jinvoka l-kriterju ta’ responsabbiltà stabbilit fl-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament fil-kuntest ta’ rikors eżerċitat, skont l-Artikolu 27(1) ta’ dan ir-regolament, f’dan it-tieni Stat Membru kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu; |
|
— |
jista’, b’eċċezzjoni, fil-kuntest ta’ tali rikors, jinvoka dan il-kriterju ta’ responsabbiltà, f’sitwazzjoni koperta mill-Artikolu 20(5) tal-istess regolament, sakemm dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun bagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjedenti l-elementi li jistabbilixxu b’mod ċar li dan għandu jitqies bħala l-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni skont l-imsemmi kriterju ta’ responsabbiltà. |