15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — “Bene Factum” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-567/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dispożizzjonijiet fiskali - Dazji tas-sisa - Direttiva 92/83/KEE - Artikolu 27(1)(b) - Eżenzjonijiet - Kunċett ta’ “prodotti mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem” - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

(2019/C 139/12)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Bene Factum”

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni.

2)

L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni, f’sitwazzjoni fejn il-persuna li timporta dawn il-prodotti minn Stat Membru, sabiex jiġu ddistribwiti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni minn persuni oħra lil konsumaturi finali, filwaqt li tkun taf li huma kkonsmati wkoll bħala xarbiet alkoħoliċi, tordna l-manifattura u l-ittikkettjar tagħhom filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt bil-għan li tbigħ iktar minnhom.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.