8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional — Spanja) — Nestrade SA vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT), Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

(Kawża C-562/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE - Modalitajiet ta’ rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Impriża mhux stabbilita fl-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni preliminari u definittiva ta’ rifjut tar-rimbors tal-VAT - Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT żbaljat)

(2019/C 131/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nestrade SA

Konvenuti: Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT), Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta’ Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ turnover taxes — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jillimita ratione temporis il-possibbiltà li jiġu rrettifikati fatturi żbaljati, pereżempju permezz tar-rettifika tan-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) inizjalment inkluż fil-fattura, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-rimbors tal-VAT, sa fejn il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jiġu osservati, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.