18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-530/17 P) (1)
((Appell - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Listi ta’ persuni entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li din id-deċiżjoni ttieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva))
(2019/C 65/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Lulju 2017, Azarov vs Il-Kunsill (T-215/15, EU:T:2017:479), hija annullata. |
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell. |