201808030322050142018/C 294/165122017CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180628121321

Kawża C-512/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań – Stare Miasto w Poznaniu – il-Polonja) – proċedura mibdija minn HR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 8(1) — Residenza abitwali tal-minuri — Tarbija — Ċirkustanzi determinanti għall-istabbiliment tal-post ta’ din ir-residenza)


C2942018MT1210120180628MT0016121132

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań – Stare Miasto w Poznaniu – il-Polonja) – proċedura mibdija minn HR

(Kawża C-512/17) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 8(1) — Residenza abitwali tal-minuri — Tarbija — Ċirkustanzi determinanti għall-istabbiliment tal-post ta’ din ir-residenza)”

2018/C 294/16Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań – Stare Miasto w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HR

Konvenuti: KO, Prokuratura Rejonowa Poznań Stare Miasto w Poznaniu

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-residenza abitwali tal-minuri, fis-sens ta’ dan ir-regolament, tikkorrispondi għall-post fejn jinstab, effettivament, iċ-ċentru ta’ ħajtu. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina fejn kien jinstab dan iċ-ċentru fil-mument tal-preżentata tat-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-minuri, abbażi ta’ sensiela ta’ elementi fattwali konkordanti. F’dan ir-rigward, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-fatti stabbiliti minn dik il-qorti, dawn li ġejjin jikkostitwixxu, flimkien, ċirkustanzi determinanti:

il-fatt li l-minuri għex, mit-twelid sas-separazzjoni tal-ġenituri tiegħu, b’mod regolari magħhom f’post speċifiku;

iċ-ċirkustanza li l-ġenitur li għandu, sa minn wara s-separazzjoni tal-koppja, il-kustodja tal-minuri għadu effettivament jissoġġorna ta’ kuljum miegħu f’dan il-post fejn huwa jeżerċita wkoll l-attività professjonali tiegħu, li tifforma parti minn relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, u

il-fatt li l-minuri għandu, fl-imsemmi post, kuntatti regolari mal-ġenitur l-ieħor tiegħu, li għadu jirrisjedi f’dan l-istess post.

Min-naħa l-oħra, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistgħux jitqiesu bħala li huma ċirkustanzi determinanti:

is-soġġorni li l-ġenitur li għandu, effettivament, il-kustodja tal-minuri wettaq, fl-imgħoddi, flimkien ma dan il-minuri fit-territorju tal-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu fil-kuntest tal-leave tiegħu jew tal-perijodi ta’ festa;

l-oriġini ta’ dan il-ġenitur, ir-rabtiet ta’ natura kulturali tal-minuri fir-rigward ta dan l-Istat Membru li jirriżultaw minnha u r-relazzjonijiet li huwa għandu mal-familja tiegħu li tirrisjedi fl-imsemmi Stat Membru, u

l-eventwali intenzjoni tal-imsemmi ġenitur li jistabbilixxi ruħu mal-minuri, fil-ġejjieni, f’dan l-istess Stat Membru.


( 1 ) ĠU C 412, 04.12.2017.