28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-506/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Rimi ta’ skart f’landfills - Direttiva 1999/31/KE - Artikolu 14(b) u (c) - Awtorizzazzjoni għal operat - Għeluq ta’ siti mhux awtorizzati - Awtorizzazzjoni tax-xogħlijiet neċessarji abbażi tal-pjan ta’ organizzazzjoni tas-sit approvat - Iffissar ta’ perijodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tal-pjan))

(2019/C 35/08)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Sanfrutos Cano u M. M. Žebre, sussegwentement minn E. Sanfrutos Cano, B. Rous Demiri u F. Thiran u, finalment, minn E. Sanfrutos Cano u B. Rous Demiri, F. Thiran u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: J. Morela u N. Pintar Gosenca, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri meħtieġa:

sabiex jingħalqu, l-iktar tard fis-16 ta’ Lulju 2009, konformement mal-Artikolu 7(g) u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, il-landfills ta’ Dragonja, Dvori, Rakek-Pretržje, Bukovžlak-Cinkarna, Suhadole, Lokovica, Mislinjska Dobrava, Izola, Mozelj, Dolga Poljana, Dolga vas, Jelšane, Volče, Stara gora, Stara vas, Dogoše, Mala gora, Tuncovec-Steklarna, Tuncovec-OKP u Bočna-Podhom, li ma kisbux, konformement mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu jiffunzjonaw, u

sabiex, l-iktar tard fis-16 ta’ Lulju 2009, il-landfill ta’ Ostri vrh titqiegħed f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/31, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I tagħha,

ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont, rispettivament, l-Artikolu 14(b) u l-Artikolu 14(c) tad-Direttiva 1999/31.

2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.