|
11.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deutsche Post AG vs Hauptzollamt Köln
(Kawża C-496/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Artikolu 39 - Status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) - Applikant li ma huwiex persuna fiżika - Kwestjonarju - Ġbir ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 6 u 7 - Regolament (UE) 2016/679 - Artikoli 5 u 6 - Ipproċessar ta’ data personali))
(2019/C 93/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Post AG
Konvenut: Hauptzollamt Köln
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, moqri fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali jistgħu jeżiġu li l-applikant għal status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jipprovdi n-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, allokati għall-finijiet ta’ ġbir tat-taxxa fuq id-dħul, li jirrigwardaw biss il-persuni fiżiċi li huma responsabbli mill-applikant jew li jeżerċitaw kontroll fuq il-ġestjoni tiegħu u dawk li huma responsabbli għall-kwistjonijiet doganali tiegħu, kif ukoll id-dettalji tal-uffiċċji fiskali kompetenti fir-rigward ta’ dawk il-persuni kollha, sa fejn din id-data tippermetti lil dawn l-awtoritajiet jiksbu informazzjoni dwar ksur serju jew repetut tal-leġiżlazzjoni doganali jew ta’ dispożizzjonijiet fiskali jew dwar reati kriminali serji mwettqa minn dawn il-persuni fiżiċi b’rabta mal-attività ekonomika tagħhom.