11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs D. Balandin, I. Lukachenko, Holiday on Ice Services BV

(Kawża C-477/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (UE) Nru 1231/2010 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Ċertifikat A 1 - Artikolu 1 - Estensjoni tal-benefiċċju taċ-ċertifikat A 1 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru - Residenza legali - Kunċett))

(2019/C 93/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Konvenuti: D. Balandin, I. Lukachenko, Holiday on Ice Services BV

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jissoġġornaw u li jaħdmu temporanjament f’diversi Stati Membri fis-servizz ta’ persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru, jistgħu jinvokaw il-benefiċċju tar-regoli dwar il-koordinazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u fir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li għaliha huma suġġetti, sakemm dawn ikunu joqogħdu u jaħdmu legalment fit-territorju tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.