1.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Viking Motors AS et vs Tallinna linn, Maksu- ja Tolliamet
(Kawża C-475/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Taxxi nazzjonali li għandhom in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Projbizzjoni - Kunċett ta’ “taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ” - Taxxa lokali fuq il-bejgħ - Karatteristiċi essenzjali tal-VAT - Assenza))
(2018/C 352/17)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Viking Motors AS, TKM Beauty Eesti OÜ, TKM King AS, Kaubamaja AS, Selver AS
Konvenuti: Tallinna linn, Maksu- ja Tolliamet
Dispożittiv
L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix iż-żamma jew l-introduzzjoni ta’ taxxa, bħat-taxxa fuq il-bejgħ inkwistjoni fil-kawża prinċipali.