7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Tänzer & Trasper GmbH vs Altenweddinger Geflügelhof Kommanditgesellschaft

(Kawża C-462/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 110/2008 - Xorb spirituż - Definizzjoni, deskrizzjoni, preżentazzjoni, ittikkettjar u protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi - Punt 41 tal-Anness II - Likur tal-bajd - Definizzjoni - Natura eżawrjenti tal-ingredjenti awtorizzati)

(2019/C 4/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tänzer & Trasper GmbH

Konvenuta: Altenweddinger Geflügelhof Kommanditgesellschaft

Dispożittiv

Il-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun tista’ tuża d-denominazzjoni tal-bejgħ “likur tal-bajd”, xarba spirituża ma tistax tkun fiha ingredjenti oħra minbarra dawk imsemmija f’din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.