|
17.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale del Lazio – l-Italja) – Agenzia delle Dogane e dei Monopoli vs Pilato SpA
(Kawża C-445/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 8703, 8704 u 8705 - Karozzi tal-mejtin))
(2018/C 328/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Konvenuta: Pilato SpA
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li karozzi tal-mejtin bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda.