18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Skarpa Travel sp. z o.o.
(Kawża C-422/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Fatt taxxabbli - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Artikoli 65 u 308 - Marġni ta’ profitt minn aġenzija tal-ivvjaġġar - Determinazzjoni tal-marġini - Ħlas li jrid isir akkont qabel il-provvista ta’ servizzi tal-ivvjaġġar ipprovdut mill-aġenzija tal-ivvjaġġar - Spiża reali għall-aġent tal-ivvjaġġar)
(2019/C 65/14)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Szef Krajowej Administracji Skarbowej
Konvenut: Skarpa Travel sp. z o.o.
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 65 u 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta aġenzija tal-ivvjaġġar, li tkun suġġetta għall-arranġamenti speċjali previst fl-Artikoli 306 sa 310, iddaħħal ħlas akkont ta’ servizzi turistiċi li hija tkun ser tipprovdi lill-vjaġġatur, il-VAT tkun dovuta, skont l-imsemmi Artikolu 65, hekk kif jiġi riċevut il-ħlas akkont, bil-kundizzjoni li, f’dak il-mument, is-servizzi turistiċi li jkunu se jiġu pprovduti jiġu indikati bi preċiżjoni. |
2) |
L-Artikolu 308 tad-Direttiva 2002/47 kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-marġni tal-aġenzija tal-ivvjaġġar u, konsegwentement, il-valur taxxabbli għandu jkun id-differenza bejn l-ammont totali, mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud VAT, li għandu jitħallas mill-vjaġġatur u l-ispiża effettiva mġarrba mill-aġenzija tal-ivvjaġġar għall-kunsinna ta’ oġġetti u għall-provvista ta’ servizzi ta’ persuni taxxabbli oħra, sa fejn tali tranżazzjonijiet jibbenefikaw direttament lill-vjaġġatur. Fejn l-ammont tal-ħlas akkont jikkorrispondi għall-prezz totali ta’ servizz turistiku jew parti sinifikanti ta’ dan il-prezz u li l-aġenzija ma tkun għadha ġarrbet l-ebda spiża effettiva, jew biss parti limitata tal-ispejjeż totali individwali ta’ dan is-servizz, jew jekk l-ispiża attwali individwali tal-vjaġġ imġarrba mill-aġenzija ma tistax tiġi ddeterminata, fil-mument meta jsir il-ħlas akkont, il-marġni ta’ profitt jista’ jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ stima tal-ispejjeż attwali totali li, fl-aħħar mill-aħħar, ikollha ġġarrab. Fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, l-aġenzija għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq, l-ispejjeż diġà mġarrba effettivament meta jiġi riċevut il-ħlas akkont. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni, il-prezz totali tal-vjaġġ għandu jitnaqqas mill-ispiża totali stmata u l-bażi tal-VAT li għandha titħallas meta jiġi riċevut il-ħlas akkont jinkiseb mill-multiplikazzjoni ta’ dan l-ammont tal-ħlas akkont bil-perċentwali li tirrappreżenta l-marġini tal-profitt prevedibbli u ddeterminat fil-prezz totali tal-vjaġġ. |