201807200542013192018/C 276/104212017CJC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL201806138811

Kawża C-421/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Polfarmex Spółka Akcyjna w Kutnie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(a) — Kamp ta’ applikazzjoni — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Provvista ta’ oġġetti magħmula bi ħlas — Trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, ta’ proprjetà immobbli għall-benefiċċju ta’ azzjonist b’korrispettiv għax-xiri mill-ġdid tal-azzjonijiet tiegħu)


C2762018MT810120180613MT00108181

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Polfarmex Spółka Akcyjna w Kutnie

(Kawża C-421/17) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(a) — Kamp ta’ applikazzjoni — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Provvista ta’ oġġetti magħmula bi ħlas — Trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, ta’ proprjetà immobbli għall-benefiċċju ta’ azzjonist b’korrispettiv għax-xiri mill-ġdid tal-azzjonijiet tiegħu)”

2018/C 276/10Lingwa tal-kawża: il-Polonja

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenut: Polfarmex Spółka Akcyjna w Kutnie

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment, minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, lil wieħed mill-azzjonisti tagħha, tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli, li serviet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala korrispettiv għax-xiri mill-ġdid, mill-imsemmija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ irtirar ta’ azzjonijiet previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ azzjonijiet miżmuma fil-kapital azzjonarju tagħha minn dan l-azzjonist, jikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti bi ħlas suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud sakemm l-imsemmija proprjetajiet immobbli huma allokati għall-attività ekonomika ta’ din l-istess kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata.


( 1 ) ĠU C 357, 23.10.2017